Left arrow Mur Lura

L-ARKIVJU NAZZJONALI PARTEĊIPANT FIL-PROĠETT EWROPEW APENET

PR0159
Date Icon 02/02/2009
F’laqgħa li saret nhar it-28 ta’ Jannar 2009 fiBrussell, tnieda l-proġett APENET.
L-iskop ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdiliċ-ċittadini Ewropej, awtoritajiet pubbliċi u entitajiet oħra, b’għodda ċentrali u effiċjenti sabiex jiskopru r-rikezza tal-arkivji Ewropej.  Dan ser ikun jista’ jsir kemm jekk inti tgħix f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea u kemm jekk le. Għalkemm dan il-proġett inħoloq indipendentament minn, u qabel dak imsemmi Europeana, ser ikun hemm ċerta ħidmiet u riżultati komuni bejn it-tnejn. Dan japplika wkoll għal portali oħra Ewropej bħal Michael u QVIZ.
Il-ħidma fuq is-sottomissjoni ta’ dan il-proġettilha sejra numru ta’ snin u saret bejn tnax-il arkivju nazzjonali fosthom dak Malti.  Il-fondi huma taħt il-proġett Ewropew e-contentplus.
Taħt dan il-proġett Malta sertieħu ammont ta’ fondi mifruxa fuq tliet snin sabiex tipparteċipa f’konsorzju bil-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-arkivji.  L-intenzjoni hi li l-ammont kbir ta’ katalgi ta’ arkivji differenti jiġu standardizzati u integrati b’mod diġitali, sabiex wieħed ikun jista’ jfittex fihom minn lok wieħed sempliċiment permezz ta’ kompjuter u aċċess għall-internet.
L-imsieħba f’dan il-proġett huma l-ArchivosEstatales ta’ Spanja, Direction des
Archives, Bundesarchiv tal-Ġermanja, l-ArkivjuNazzjonali ta’ Malta, n-Nationaal Archief tal-Olanda, l-Arkivji Nazzjonali tal-Filandja, l-Polonja, l-Portugal, l-Isvezja, il-Greċja, il-Latvja, is-Slovenja u l-proġett Europeana.
Il-ħidma matul l-ewwel sena ser tiffoka fuqil-ħolqien tad-dehra korporattiva ta’ dan il-proġett kif ukoll il-ħolqien ta’ standards sabiex il-katalgi varji jiġu standardizzati.  Rizultati tal-ewwel fażi mistennija jkunu mħabbra waqt il-41 konferenza internazzjonali tal-arkivisti (CITRA) li ser issir f’Malta bejn is-17 u l-21 ta’ Novembru 2009.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow