ATTIVITA’ TA’ JUM IL-ĦAJJA 2009 F’GĦAWDEX
PR0158
02/02/2009
| ‘Il-Qawwa tal-Ħajja fis-Sofferenza’ hija t-tema | magħżula minn pajjiżi Ewropej għall-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja 2009. Dan kien is-suġġett ittrattat waqt serata mtella’ f’Għawdex minn Dar Ġużeppa Debono, li għaliha attendew fost l-oħrajn, is-Sinjura Kate Gonzi u l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. |
| Pro-Life Day jiġi ċċelebrat f’numru ta’ | pajjiżi fl-Ewropa nhar l-ewwel Ħadd ta’ Frar ta’ kull sena, bil-għan li jippromwovi l-valur tal-ħajja. Din hija l-ewwel sena li Għawdex, permezz ta’ Dar Ġużeppa Debono, ingħaqad ma’ dawn il-pajjiżi biex anke din il-gżira tiċċelebra dan l-avveniment billi titqajjem kuxjenza u jiżdied l-għarfien dwar il-valur tal-ħajja. Tħejja programm għall-okkażjoni fejn erba’ kelliema ewlenin indirizzaw lil dawk preżenti u tkellmu dwar it-tema tas-sofferenza u l-ħajja f’kuntesti differenti. Dawn il-kelliema kienu jinkludu lis-Sinjura Kate Gonzi, lill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, il-Membru Parlamentari tal-Partit Laburista, l-Onor Justyne Caruana u lil Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra. Kien hemm preżenti wkoll Ms Maria Attard, Direttriċi ta’ Dar Giużeppa Debono. |
| Din id-Dar kienet infetħet minn Mons. Isqof | Nikol Cauchi nhar it-8 ta’ Diċembru 1985. L-għan tat-twaqqif ta’ din id-dar kien li tkun ta’ għajnuna u toffri kenn lill-ommijiet mhux miżżewġa fiż-żmien tat-tqala sakemm ikollhom it-tarbija. Matul iż-żmien, il-ħidma minn din id-dar żviluppat f’organizzazzjoni li toffri diversi servizzi b’mod speċjali fil-qasam soċjali u dak edukattiv. Il-ħidma prinċipali tiffoka fuq it-tixrid ta’ tagħrif u ż-żieda fl-għarfien dwar il-valur u l-kultura tal-ħajja permezz ta’ counselling, seminars u attivitajiet oħra. |
| Il-programm għal din l-ewwel ċelebrazzjoni ta’ | Jum il-Ħajja f’Għawdex, kien jinkludi siltiet mużikali li ndaqqu minn mużiċisti lokali ewlenin. Sar ukoll irkant ta’ pittura mill-artist Għawdxi Christopher Saliba, flimkien ma’ skultura ta’ artist Għawdxi ieħor, Victor Agius. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984