Left arrow Go Back

TISPIKKA L-ĠENEROŻITÀ TAL-POPLU MALTI FL-GĦAJNUNA LILL-POPLU PALESTINJAN

PR0157
Date Icon 02/02/2009
Il-ġenerożitàtal-Poplu Malti reġgħet spikkat bis-sejħa qawwija għall-għajnuna lill-poplu Palestinjan.
Fiftit ġranet mal-200 pallette ta’ ikel u ħwejjeġ ingħataw minn kumpaniji u individwi f’ġest nobbli sabiex tittaffa xi ftit it-tbagħtija tal-poplu Palestinjan, li wara l-qerda ta’ ftit ġranet ilu, jinsab nieqes minn kollox.
Dinl-għotja tgħabbiet il-bieraħ fuq ajruplan tat-tagħbija li ġie pprovdut mil-Libjan African Aviation Holding.
Sadanittant delegazzjoni magħmula mill-Ministrutal-Politika Soċjali, l-Onor. John Dalli, mill-Onor. George Vella, rappreżentant tal-Oppożizzjoni, mis-Sur Abduhllah Zmirli, rappreżentant tal-Medavia u mis-Sur Carmel Debono, membru tal-Protezzjoni Ċivili, marru fl-ajruport ta’ Al-Arish fl-Eġittu fejn għandha tiddaħħal din l-għotja. Hemmhekk huma ltaqgħu mar-rappreżentant tal-UNRWA (United Nations Relief and Works Agency) u rappreżentanti tar-Red Crescent, zewġ organizzazzjonijiet li għandhom jirċievu u jqassmu l-affarijiet li qed jintbagħtu.
Id-delegazzjoni ġiet mgħarrfa bil-problemi liqed jaffaċċjaw dawn l-organizzazzjonijiet biex iwasslu din l-għajnuna tant meħtieġa lin-nies li għalihom hi intiża.
Id-delegazzjoni marret ukoll fuq il-fruntierata’ Pafol u hemm raw b’għajnejhom it-trasferiment ta’ nies minn Gaża għal sptarijiet fl-Eġittu
It-trasport umanitarju jrid jgħaddi żewġfruntieri, dak ta’Al-Ouga (fuq in-naħa Eġizzjana), u dak ta’ Nitsana (li hu kkontrollat minn Iżrael).
Danit-transport umanitarju jista’ jgħaddi minn dawn il-fruntieri fi tlett ijiem fil-ġimgħa. Il-materjal kellu jinħatt minn fuq it-trakkijiet, jgħaddi minn X-Ray u jerġa’ jitgħabba fiż-żewġ fruntieri.
Danjikkawża dewmien fit-traġitt. Ir-riżultat hu li mill-1,500 trakk, li skont l-aġenziji umanitarji huma meħtieġa biex jaqdu l-ħtiġijiet bażiċi tad-disa’ mitt elf ruħ li qed jiġu mgħejjuna, 120 trakk biss qed jirnexxielhom jgħaddu.
Dinhi sitwazzjoni li għandha tiġi indirizzata b’urġenza biex il-vittmi li qed ibagħtu jibdew jgħixu ħajja diċenti kemm jista’ jkun malajr.
L-Awtoritajiet Maltin jixtiequ jirringrazzjawlill-Libyan African Aviation Holding Co., Libyan Arab Air Force, Eurojet u Medavia, lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-volontiera Maltin u Għarab li taw s-sehem tagħhom, lill-kumpaniji Maltin li taw l-għotjiet tagħhom u lill-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry għall-għajnuna tagħha. Jirringrazzjaw ukoll lir-rappreżentanti tal-UNRWA u tar-Red Crescent u l-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Kajr, Giovanni Miceli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow