STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U L-INVESTIMENT(2)
PR0156
01/02/2009
| Skandaluż li l-Oppożizzjoni | tipprova tikseb gwadann politiku mis-sitwazzjoni iebsa tal-ћaddiema tal-ST |
| Hija | tal-mistћija kif l-Oppożizzjoni u l-Kap tagћha, Dr. Joseph Muscat, japprofittaw mis-sitwazzjoni internazzjonali diffiċli tal-kumpanija ST Microelectronics li qed tћalli effett fuq l-ST Microelectronics Malta gћal skopijiet ta’ gwadann politiku. Żgur li l-ћaddiema u l-familji tal-ћaddiema ta’ din il-kumpanija f’dan il-mument partikolari jixirqilhom aktar rispett minn dan l-aġir irresponsabbli li jista’ jwassal biss biex ikompli jippreċipita sitwazzjoni diffiċli li ċertament ma jieћu pjaċir biha ћadd. |
| Huwa | ћasra, li flok jipprova jifhem il-kuntest tas-sitwazzjoni internazzjonali u l-impatt li dan qed iћalli fuq l-ST, Dr. Muscat jagћżel li jimmiżinterpreta l-kummenti tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment mogћtija lill-ġurnal The Times u jagћti x’jifhem li l-Ministru Fenech ta xi garanzija li mhux se jkun hemm telf ta’ impjiegi u issa qed jirriżulta mod ieћor. L-artiklu li jirreferi gћalih Dr Muscat juri l-qerq tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta filfatt testwalment jikkwota lill-Ministru Fenech jgћid The government is not aware of any plans for mass redundancies at STMicroelectronics. |
| Waqt | li l-Gvern ilu jiltaqa’ b’mod regolari mal-ST gћal dawn l-aћћar sentejn biex jibqa’ jara kif l-ST tkompli tinvesti f’pajjiżna, wara li l-Gvern kien ġie mgћarraf li l-ST kienet qed tikkunsidra l-possibbiltà li l-linji f’Malta jiċċaqalqu gћall-pajjiż fl-Ażja minћabba li l-ispejjeż tal-manodopera kienu bil-wisq orћos hemmhekk, il-Gvern f’ebda mument ma ġie infurmat li minћabba l-kriżi internazzjonali b’mod immedjat kellhom jittieћdu deċiżjonijiet li jitnaqqsu numru ta’ ћaddiema fl-impjanti kollha madwar id-dinja u li dawn il-pjanijiet kienu jinkludu wkoll lill-ST Malta. |
| Il-kumment tal-Ministru Fenech kien ċar u | kostanti ma’ dak li sadakinhar kien magћruf mill-Gvern u jidher ċar kemm il-wegћda li gћamel Dr Muscat lill-poplu Malti u Gћawdxi li mhux se jipprova jippolitiċizza s-sitwazzjoni tal-ST kienet ingann u fil-mument tal-prova, qed jagћmel proprju bil-maqlub. |
| L-gћada li ngћata dak il-kumment, irriżulta li | b’deċiżjoni tal-amministrazzjoni globali tal-ST, minћabba ċ-ċirkostanza ta’ kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali u t-tnaqqis fid-domanda gћall-prodotti tagћha fuq livell dinji, din iddeċiediet li taqta’ 10% tal-ћaddiema tagћha madwar id-dinja, jiġifieri madwar 4,500 impjegat. Dan se jsir billi l-kumpanija tittermina numru ta’ impjegi mill-fabbriki fl-Istati Uniti, billi tagћlaq kompletament il-linja tagћha fil-Marokk, billi tirriloka l-fabbrika fis-Singapore lejn iċ-Ċina u anke billi tnaqqas l-ammont ta’ ћaddiema mill-impjant tagћha f’Malta. |
| Malli kien infurmat b’dan, il-Gvern mill-ewwel | gћamel l-ewwel kuntatti mal-ST kif ukoll mal-General Workers Union, bћala l-Union li tirrappreżenta lill-ћaddiema tal-ST biex jgћarrafha bl-informazzjoni kollha li kellu disponibbli. |
| Il-Gvern iġedded l-impenn tiegћu li jibqa’ | jwettaq kull sforz biex jissalvagwardja l-impjiegi u l-istess waqt biex jattira lejn pajjiżna aktar investiment, lokali u barrani, biex jekk xi impjiegi filfatt ikunu mitlufa, dawn mill-aktar fis ikunu ssostitwiti minn impjiegi alternattivi gћall-ћaddiema Maltin u Gћawdxin. Il-Gvern ifakkar ukoll li meta fil-passat riċenti kien hemm sensji fil-qasam tal-manifattura, mill-ewwel kien daћal f’diskussjonijiet mal-banek biex jingћata moratorju fuq il-pagamenti tas-self fuq id-dar. |
| Fl-istess waqt, il-Gvern jappella | lill-Oppożizzjoni biex terfa’ r-responsabbiltà tagћha lejn il-ћaddiema u flok taqtalgћom qalbhom dwar il-prospetti tagћhom, bћall-Gvern tћeġġiġhom jiġbdu ћabel wieћed biex isostnu l-produttività tagћhom u jagћtu prova lill-kumpanija STMicroelectronics tal-vantaġġi li gћandha gћax topera minn Malta b’ћaddiema Maltin u Gћawdxin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984