STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U L-INVESTIMENT
Oppożizzjoni maqtugћa mir-realtà
Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr. Joseph Muscat, fl-gћeluq tal-Konferenza tal-Partit Laburista huwa xhieda li mhux qed jaghraf x’qed jaghmel il-Gvern. Dan gћaliex gћamel mistoqsijiet li diġà kienu mwieġba pubblikament u numru ta’ proposti ta’ x’gћandu jsir li filfatt huma diġà parti importanti mill-ћidma mwettqa tal-Gvern.
Il-privatizzazzjoni tat-Tarzna
Dr. Muscat tkellem dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna bћallikieku dan waqaf u qed jistenna xi imbuttatura biex ikompli. Filfatt, ilha zmien parti mill-informazzjoni pubblikali nghatata pubblicita li bћalissa gћaddejja s-sejћa gћall-offerti fejn dawk il-kumpaniji interessati li jixtru t-Tarzna jew partijiet minnha. Dan hu process pubbliku u min hu interessat ghandu sat-12 ta’ Frar 2009 ċans biex jippreżentaw l-offerti. Dwar dan kien infurmat kullћadd, kemm il-pubbliku Malti permezz ta’dikjazzjonijietli saru, il-Kumissjoni Ewropea li qed issegwi bil-qrib dan il-proċess u l-media lokali li rrappurtat din id-data fil-ġurnata li fil-fatt kienet tћabbret. Dak li ilu pubbliku gћal żien twil, oseph Muscat ma ndunax bih.
Il-Gvern rega naqqas l-income tax
| Dr Muscat ghamel proposti li qed jitwettqu | mill-Gvern. Uhud minnhom thabbru fl-ahhar budget u dahlu fis-sehh. Il-Kap tal-Oppozizzjoni injora dan. Wahda minnhom hi t-tnaqqis fl-income tax. Hu qal li l-Gvern gћandu jnaqqas it-taxxi. Proprju fil-jiem li gћaddew l-impjegati Maltin u Gћawdxin irċivew il-pagi tagћhom gћax-xahar li gћadda, li fuqhom, gћat-tielet sena konsekuttiva kien hemm tnaqqis tat-taxxa. Dan wara li fil-baġit gћall-2009, rega kien hemm tnaqqis fl-income tax, biex b’hekk qed jitћallew aktar flus fil-but tan-nies. |
| Aktar investiment produttiv u investiment | fir-riċerka |
| Parir ieћor tal-Kap tal-Oppożizzjoni kien li | l-Gvern jinċentiva l-produzzjoni u r-riċerka. Din is-sena l-Gvern nieda wieћed mill-akbar programmi kbar ta’ investiment infrastrutturali fl-istorja tal-pajjiż hekk kif 322 miljun ewro kienu allokati gћal sensiela ta’ proġetti infrastrutturali. Dawn gћandhom il-benefiċċju doppju li joћolqu domanda gћax-xogћol fuq medda qasira ta’ żmien u jћallu l-frott gћall-bżonnijiet tal-pajjiż (edukazzjoni, ambjent, turiżmu, negozju) gћal matul is-snin li ġejjin. |
| Barra minn dan l-investiment infrastrutturali | hemm ukoll investiment dirett qawwi fl-intrapriżi tagћna,biex pajjizna jhajjar aktar investiment f’Malta. Dawn jinkludu skemi favur l-iżvilupp tal-SMEs, bћall-investiment ta’ 20 miljun ewro li gћandhom l-gћan jgћinu lin-negozji tagћna jidhlu fi swieq ġodda, li jżidu l-investiment fir-riċerka u fi proċess inovvatitvi u biex jinvestu aktar fl-ICT. |
| Il-Gvern diġà ћabbar ukoll investiment ta’ | madwar 15-il miljun ewro għat-twaqqif ta’ Bio Technology Park fiż-żona industrijali ta’ San Ġwann bħala parti mill-istrateġija tal-Gvern biex inkabbru r-riċerka u l-innovazzjoni f’pajjiżna. Dan iċ-Ċentru ta’ riċerka u żvilupp, b’madwar 100,000 metru kwadru ta’ spazju, se jgħin biex inġibu lejn pajjiżna attività ta’ riċerka. |
| Ħarsa lejn id-diskors tal-baġit tagћti aktar | dettall dwar in-natura mill-aktar estensiva ta’ dan l-investiment. Dan it-tip ta’ investiment hu proprju dak li l-Kummissjoni Ewropea ћeġġet, ftit jiem wara t-tћabbira tal-baġit 2009, li l-Istati Membri gћandhom jagћmlu biex jilqgћu gћall-kriżi finanzjarja u ekonomika u internazzjonali. Mhux ta’ b’xejn li filwaqt li fl-istimi tagћha gћall-2009, ippubblikati f’Jannar, Malta hu wieћed minn 9 pajjiżi biss li gћalihom l-UE tqis li l-ekonomija tagћhom se tibqa’ tikber matul din-sena. |
| Investiment fil-familja u Investiment | fil-potenzjal tan-nisa fl-ekonomija |
| Dr. Muscat jagћżel li “jipproponi” | soluzzjonijiet li ilhom li ġew identifikati mill-Gvern bћala essenzjali biex ikomplu jmexxu l-ekonomija ta’ pajjiżna ‘l quddiem u li fil-fatt hemm minnhom li dahlu fis-sehh. |
| B’mod konkret, il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment, fid-diskors tal-baġit 2009 ћabbar sena eżenzjoni mill-income tax, għal kull wild taħt is-16-il sena, lil kull omm li tidħol taћdem wara nuqqas ta’ ħames snin; u sena ma thallasx l-income tax, għat-tfal kollha li twieldu mill-2007 ‘l quddiem, lil kull omm li diġà taħdem jew li m’ilhiex nieqsa ħames snin, u li tidħol lura għax-xogħol wara li jkollha t-tfal. |
| Tajjeb li jitfakkar ukoll iż-żieda | fiċ-children’s allowance li issa qed titgawda minn kulћadd kif ukoll l-investiment f’numru ta’ miżuri li jappoġġjaw lill-familji bћall-iżvilupp ta’ numru ta’ child-care centres u l-gћajnuna lill-koppji fix-xiri tal-ewwel dar tagћhom. |
| Il-Gvern ћabbar pjan estensiv ta’ investiment, | immirat l-ewwelnett biex pajjiżna jiġġenera aktar ġid u impjiegi, iżda li hu wkoll intenzjonat jgћin lill-pajjiżna biex jilqa’ gћall-isfidi kbar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika li qed taћkem lid-dinja. L-oppozizzjoni qed tipproponi mizuri li thabbru hu ohrajn li huma diga fis-sehh. Din hi prova ċara li l-Oppożizzjoni Laburista hija maqtugћa mir-realtajiet. u mhix tinduna bil-programm vast li qed iwettaq il-Gvern. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984