Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0154
Date Icon 01/02/2009

B’reazzjoni għal kummenti tal-Kap tal-Opposizzjoni –

Il-Kap tal-Opposizzjoni reġa kkonferma li mhuxinfurmat dwar l-iżvilluppi kbar u l-investiment massiċċ li għamel il-Gvern fil-qasam tal-imaniġġjar tal-iskart fis-snin li għaddew.
Bil-kummenti tieghu il-Kap tal-Opposizzjoni tal-akbar vot ta’ sfiduċja fis-sehem u l-parteċipazzjoni tan-nies fl-inizjattivi ta’ riċiklar u separazzjoni tal-iskart.
Il-fatti jikkontradixxu lil Kap tal-Opposizzjonitant li:
  • Kontra l-parir tal-Partit Laburista mill-2004 ‘l hawn ingħalqu l-miżbliet u ddaħħlu sistemi li jnaqsu l-gassijiet perikoluzi minn dawn is-siti mhux kontrollati;
  • Ġew stabbiliti faċilitajiet ta’ enġineered landfills inkluż għal skart problematiku fil-faċilita’ tal-Għallis;
  • Gew allokati 30 Miljun Ewro biex tibda t-tieni fażi tar-rijabilitazzjoni sabiex il-miżbliet magħluqa tal-Magħtab, Qortin u Wied Fulija jinbdlu f’parks ghal poplu Malti; 
  • B’parteċipazzjoni sħiħa ma l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali ddaħħlu skemi għal- ġbir ta’ skart separat fosthom l-iskema “Irriċikla t-Tlieta” u gew installati mijiet ta’ Bring-In-Sites;

·     Inbena nceneratur modern fil-Marsa jitratta l-iskart iġġenerat mis-settur tal-qatla tal-annimali,  mill-isptarijiet u mill-industrija;

  • Kontra parir ukoll tal-Kap tal-Opposizjoni nnifsu ġie mmodernizzat l-impjant ta’ Sant’Antnin b’fondi mill-Unjoni Ewropea, liema fondi Joseph Muscat ghamel hiltu kollha biex iwaqqafhom;
  • Nbnew 5 facilitajiet fejn jingabar skart goff u jigi separat;
  • Imtlew bosta barrieri bi skart tal-kostruzzjoni li llum qed jintuzaw ghall-biedja.
Tajjeb wiehed jghid li l-Kummissarju Ewropew,Stavros Dimas, diġa ta ċertifikat lill-Gvern Malti meta qal “Malta għamlet passi ta’ ġgant fil-qasam tal-immanigjar tal-iskart fl-aħħar snin”.  Għalhekk ma nistgħux nifhmu kif il-Kap tal-Opposizzjoni ma huwiex konxju ta’ dan il-progress.  Il-Gvern jissuġerixxi li l-Kap tal-Opposizzjoni għandu hu stess jiġi jżur dawn il-faċilitajiet.
Fir-rigward tar-reviżjoni tal-istrateġijatal-immaniġjar tal-iskart, li għada biss abbozz għal konsultazzjoni, l-Gvern jinnota b’sodisfazzjon li l-Kap tal-Opposizzjoni għadu se jwaqqaf kumitat biex jagħtih pariri.  Ġaladarba għadu se jwaqqaf kumitat, inħossu li d-diskors dispreġjattiv li l-Kap tal-Opposizzjoni għadda fil-konfront ta’ din l-Istrateġija u l-membri teknici li ħejjewha ġimgħa ilu, kien għal kollox barra minn loku.  Kien ikun ħafna aktar matur kieku stenna lill-kumitat li se jwaqqaf hu stess biex jagħtih l-pariri tiegħu qabel ma ikkummenta.
Il-Gvern jemmen u jrid konsultazzjoni wiesa,kemm fuq din l-Istrategija dwar l-Immanigjar tal-Iskart, kif ukoll dwar l-Istrategija Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima.
Il-Gvernhuwa, u jibqa, kommess li jkompli jnaqqas l-emissjonijiet, iżid il-produzzjoni ta’ enerġija nadifa u jgħin sabiex tiġi kkonservata l-enerġija. Il-Gvern jinnota wkoll b’sodisfazzjon li dejjem aktar nies qed jagħmlu għazliet favur l-ambjent.  Tajjeb wiehed jghid li kien hemm 45,000 applikazzjoni biex tingħata rifużjoni lil min xtara energy efficient appliance, kif ukoll  kien hemm 1,352 il-familja li daħħlu solar water heater u ħadu għajnuna mil-gvern taħt l-iskema preċedenti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow