STQARRIJA TAL-MINISTERU għall-Ġustizzja u l-Intern
PR0152
01/02/2009
| Il-proċess ta’ ripatrijazzjoni tal-immigranti | illegali li waslu dal-għodu jibda immedjatament |
| Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern | jirreferi għall-wasla ta’ grupp ta’ madwar 260 immigrant illegali fuq bastiment kmieni dal-għodu f’Marsaxlokk. |
| Mill-investigazzjonijiet inizzjali jirriżulta | illi dan il-grupp ta’ immigranti illegali huwa magħmul fil-maġġoranza assoluta tiegħu minn persuni li ġejjin mit-Tuneżija, Alġerija, Maroc, Eġittu, India, Pakistan u Bangladesh. Persuni ġejjin minn dawn il-pajjiżi m’humhiex eleġibbli għal status ta’ protezzjoni umanitarja u għalhekk ma jistgħux jibqgħu f’Malta. |
| Fis-snin li għaddew il-Gvern irripatrija bosta | persuni li ġejjin minn dawn il-pajjiżi, peress li dawn jistgħu jiġu identifikati b’aktar faċilita. Fi-fatt, immedjatament diga inbdew il-proċeduri neċessarji biex dawn il-persuni jiġu ripatrijati kemm jista’ jkun malajr. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984