Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-GWU DWAR L-ST MICROELECTRONICS

PR0149
Date Icon 30/01/2009
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech, illum iltaqgħu mas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union is-Sur Tony Zarb u d-Deputat Segretarju Ġenerali is-Sur Geitu Mercieca.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi laqa’ talba lisaret mill-General Workers’ Union din il-ġimgħa biex issir laqgħa mal-Gvern dwar l-ST Microelectronics.
Il-Gvern aġġorna lill-uffiċjali tal-GeneralWorkers’ Union bil-ħidma tiegħu fuq livell politiku u tekniku f’dan il-każ u li ilu jsegwi l-iżviluppi fl-ST Microeletronics b’laqgħat għolja għal dawn l-aħħar sentejn.  Il-Gvern jagħti importanza lill-investituri li diġa` għandhom investiment f’Malta u jaħdem biex ikompli joħloq ambjent fejn ikunu jistgħu jiġu konsolidati l-investimenti f’pajjiżna.
Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarjainternazzjonali, il-Gvern  intensifika l-ħidma tiegħu u qiegħed isegwi aktar mill-qrib dak li qed jiġri fl-industrija, partikolarment fil-qasam tal-manifattura li hu l-aktar settur li qed jiġi milqut internazzjonalment minn din il-kriżi.  Għall-Gvern kull impjieg hu importanti.
Minbarra l-attenzjoni lill-industriji li diġa`jaħdmu f’Malta, il-Gvern permezz tal-Malta Enterprise, fi żmien diffiċli għall-investiment, qiegħed jaħdem aktar biex iħajjar investiment ġdid f’pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow