IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-GWU DWAR L-ST MICROELECTRONICS
PR0149
30/01/2009
| Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru | tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech, illum iltaqgħu mas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union is-Sur Tony Zarb u d-Deputat Segretarju Ġenerali is-Sur Geitu Mercieca. |
| Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi laqa’ talba li | saret mill-General Workers’ Union din il-ġimgħa biex issir laqgħa mal-Gvern dwar l-ST Microelectronics. |
| Il-Gvern aġġorna lill-uffiċjali tal-General | Workers’ Union bil-ħidma tiegħu fuq livell politiku u tekniku f’dan il-każ u li ilu jsegwi l-iżviluppi fl-ST Microeletronics b’laqgħat għolja għal dawn l-aħħar sentejn. Il-Gvern jagħti importanza lill-investituri li diġa` għandhom investiment f’Malta u jaħdem biex ikompli joħloq ambjent fejn ikunu jistgħu jiġu konsolidati l-investimenti f’pajjiżna. |
| Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja | internazzjonali, il-Gvern intensifika l-ħidma tiegħu u qiegħed isegwi aktar mill-qrib dak li qed jiġri fl-industrija, partikolarment fil-qasam tal-manifattura li hu l-aktar settur li qed jiġi milqut internazzjonalment minn din il-kriżi. Għall-Gvern kull impjieg hu importanti. |
| Minbarra l-attenzjoni lill-industriji li diġa` | jaħdmu f’Malta, il-Gvern permezz tal-Malta Enterprise, fi żmien diffiċli għall-investiment, qiegħed jaħdem aktar biex iħajjar investiment ġdid f’pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984