Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

PR0148
Date Icon 30/01/2009
Statistika tikkonferma dak li qal il-Gverndwar l-eko-riduzzjoni
Iċ-ċifrili ppubblikat illum il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kkonfermaw l-istimi tal-Gvern dwar kemm djar Maltin ser igawdu mill-eko-riduzzjoni.  Iċ-ċifri pubblikati juru li mill-kontijiet li ħarġu sa issa, aktar minn 2 minn kull 3 idjar igawdu mill-eko-riduzzjoni.  Din l-iskema saret biex il-Gvern jinċentiva l-użu għaqli tal-enerġija u min juża l-enerġija bil-għaqal jingħata roħs fuq il-kont.
Għalkemm fl-aħħar ġimgħat kien hemm min ipprovajagħmel kampanja jew jagħti pariri biex jagħti l-impressjoni li l-maġġoranza ma kintix ser tgawdi minn dan ir-roħs, il-fatti juru l-kontra.
Iċ-ċifri ppubblikati mill-Korporazzjonigħas-Servizzi tal-Ilma jikkonfermaw il-kalkoli li kellu f’idejh il-Gvern li l-maġġoranza tad-djar igawdu mill-eko riduzzjoni.  Filwaqt li l-Gvern kien qiegħed jibbaża dak li jgħid fuq il-fatti, il-Partit Laburista kien aktar interessat jivvinta u jfajjar iċ-ċifri bl-addoċċ.
Issa li mill-istima li kellu l-Gvern f’Ottubru,ta’ djar li jgawdu mill-eko-riduzzjoni (73%), ħarġu għexieren ta’ eluf ta’ kontijiet, qed jorħoġ ċar li dak li kien qed jgħid il-Gvern kien korrett tant mill-kontijiet li ħarġu sa issa jirriżulta li 68.3% tad-djar qed igawdu minn roħs fit-tariffi.
Min kien qiegħed jgħid mod ieħor hu mistiedenjinnomina awdituri indipendenti u jivverifikaw l-istatistika ippublikata mill-KSI.
Il-Gvern ifakkar ukoll li eluf ta’ familjijgawdu wkoll mill-energy benefit.  Din hi għajnuna li tingħata lil individwi u familji li huma l-aktar fil-bżonn.  Permezz tal-energy benefit eluf ta’ individwi u familji jgawdu minn tnaqqis fil-kont tal-elettriku.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow