IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAZ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, IĦABBAR IT-TNEDIJA TA’ SKEMA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-ISPORTIVI MALTIN LI JAĦDMU MAL-GVERN
PR0147
30/01/2009
| “Atleti | nazzjonali li huma wkoll impjegati mal-gvern issa qed jingħataw l-opportunità li jżidu l-ħin tat-taħriġ tagħhom biex itejbu l-wirjiet u r-riżultati tagħhom.” |
| Dan qalu | s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar it-twettiq ta’ wegħda elettorali oħra. |
| Din l-iskema | ser tkun inizjalment implimentata bħala proġett pilota u fl-ewwel xhur tagħha ser jibbenifikaw minnha anke l-atleti li ser jieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Ġunju li ġej. Dawn l-atleti ser jibbenifikaw minn massimu ta’ għoxrin siegħa leave bi ħlas fil-ġimgħa biex jitħarrġu fid-dixxiplini tagħhom skond programm ta’ taħriġ professjonali ppreparat minn kowċis u għaqdiet sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-iSport. L-iskema torbot magħha element ta’ serjetà u professjonalità fit-twettiq tagħha u għaldaqstant il-Kunsill Malti għall-iSport ser jingħata d-dritt li jagħmel verifiki fuq it-taħriġ tal-atleti waqt il-ħin tax-xogħol kif ukoll fuq il-wirjiet tagħhom. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li din l-iskema hija eżempju ieħor ta’ assistenza li l-Gvern qed jagħti lill-isport. Clyde Puli fakkar li matul s-sena li għaddiet, xejn inqas minn 80 għaqda sportiva bbenefikaw minn assistenzi finanzjarji t’aktar minn €1.3 miljun mill-Kunsill Malti għall-iSport. Dawn l-assistenzi ma jinkludux lista itwal ta’ assistenzi oħra li rċevew l-għaqdiet sportivi mill-Good Causes Fund, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kif ukoll mill-Air Malta. Barra minnhekk, f’dawn l-assistenzi m’hemmx inkluż ukoll għajnuniet oħra bħal kirjiet ta’ propjetà pubblika bi prezzijiet issussidjati, kif ukoll numru ta’ inċentivi fiskali oħra li tħabbru matul is-sena li għaddiet. |
| Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti | Ewlieni, Dr. Godwin Grima, qal li qed isiru taħditiet oħra mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport biex matul din is-sena jitħabbru aktar benefiċċji għall-atleti li jikkompetu fuq livell nazzjonali u li jaħdmu mal-Gvern. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984