IL-MEUSAC JIDDISKUTI L-PJAN TA’ ĦIDMA TAL-KUMMISSJONI U TAL-KUNSILL GĦALL-2009
| Illum, 30 ta’ Jannar 2009, | iltaqa’ l-Core Group tal-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC), taħt il-presidenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said. |
| Għad-diskussjoni fuq l-Aġenda | tal-laqgħa tal-lum kien hemm: |
| Komunikazzjoni mill-Kummissjoni | lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2009 - Naġixxu issa għal Ewropa aħjar (KUMM (2008) 712 finali) kif ukoll il-Programm u l-Prijoritajiet tal-Presidenza Ċeka tal-Kunsill għal Jannar-Ġunju 2009. |
| Id-diskussjoni bdiet | b’intervent tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin, l-Onor. Dott. Tonio Borg li ppreżenta l-Programmi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għall-2009 filwaqt li fisser il-prijoritajiet tal-Gvern Malti fl-UE fix-xhur li ġejjin. Il-Ministru Borg tkellem dwar il-bżonn li jiġi ratifikat it-Trattat ta’ Liżbona biex l-UE tkun tista’ issaħħaħ l-istituzzjonijiet tagħha u tilqa’ għall-isfidi tal-ewwel kwart tas-Seklu 21. Il-Viċi Prim Ministru rrefera wkoll għall-motto tal-Presidenza Ċeka “L-Ewropa mingħajr Barrieri” u għat-tliet prijoritajiet ewlenin tal-programm ta’ din il-presidenza: l-Ekonomija, l-Enerġija, u l-Ewropa fid-Dinja. |
| Il-Ministru tal-Affarjiet | Barranin tkellem ukoll dwar l-importanza li materji li jinteressaw lir-reġjun tal-Mediterran jibqgħu jingħataw l-importanza meħtieġa fid-dawl tal-enfasi li l-Presidenza Ċeka qed tagħti lill-Ewropa tal-Lvant. Tkellem fit-tul dwar il-bżonn li jissaħħu l-isforzi għall-paċi fil-Lvant Nofsani filwaqt li semma’ l-opportunità ġdida li tista’ toħloq l-inizjattiva tal-Amministrazzjoni ġdida fl-Istati Uniti għal dan ir-reġjun. Fir-Rebbiegħa li ġejja, ser issir laqgħa għolja bejn il-kapijiet tal-Istat u tal-Gvernijiet tal-pajjiżi membri tal-UE u l-President Barack Obama. Dott. Borg esprima l-appoġġ tal-Gvern Malti għall-isforzi tal-Presidenza Ċeka għat-tkabbir tal-Unjoni. Tkellem ukoll dwar l-importanza li jissaħħu r-relazzjonijiet tal-UE ma’ pajjiżi bħaċ-Ċina, il-Ġappun u l-Indja. |
| Filwaqt li rrefera | għall-Programm tal-Kummissjoni, il-Viċi Prim Ministru faħħar l-għażla tal-Kummissjoni biex iċ-ċittadin Ewropew ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej. Irrefera wholl għall-isforzi tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi membri tal-UE f’oqsma bħall-immigrazzjoni illegali. |
| Il-Viċi Prim Ministru tkellem | ukoll dwar materji bħal regolamentazzjoni aħjar tal-istituzzjonijiet Ewropej, il-kriżi finanzjarja u l-enerġija. |
| Wara l-interevent | tal-Ministru Borg, saret preżentazzjoni mis-Sur Joe Fenech, Direttur tad-Direttorat għall-Affarjiet tal-UE fil-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Hu tkellem f’iktar dettall dwar il-Programm tal-Kummissjoni u l-erba’ prijoritajiet tiegħu: it-tkabbir tal-ekonomija u l-impjiegi, il-bidla fil-klima u Ewropa sostenibbli, Ewropa qrib iċ-ċittadin, u l-Ewropa bħala Sieħeb Dinji. Hu fisser ukoll il-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-Programm tal-Kummissjoni. |
| Is-Sur Julian Micallef, Aġent Kap | responsabbli mill-Konsultazzjoni fil-MEUSAC fisser il-Prijoritajiet u l-Programm tal-Presidenza Ċeka tal-Kunsill (Jannar - Ġunju 2009). Hu tkellem dwar kif il-presidenza qed taħdem biex jiġu eliminati barrieri interni fl-UE kif ukoll mal-pajjiżi l-oħra tad-dinja. |
| Il-membri qajjmu numru ta’ punti dwar il-bżonn | ta’ sforzi akbar mill-UE għall-paċi fil-Lvant Nofsani kif ukoll ir-ratifika tat-Trattat ta’ Liżbona fid-dawl tal-problemi interni fi ħdan il-gvern tar-Repubblika Ċeka. |
| L-implimentazzjoni tad-Direttiva | 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali. |
| Din il-materja tressqet fuq talba | tar-rappreżentant tal-Alternattiva Demokratika, il-Perit Carmel Cacopardo. |
| Is-Sur Martin Seychell, Direttur, l-Awtorita’ | ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) introduċa l-materja billi semma l-punti ewlenin tad-Direttiva. Id-Direttiva tapplika għal ħsejjes ambjentali, jiġifieri il-ħsejjes mhux mitluba jew ta’ ħsara fl-apert maħluqa mill-attivitajiet umani, inklużi l-ħsejjes emissi minn mezzi tat-trasport, traffiku fit-triq, traffiku tal-ferroviji, traffiku tal-ajru, u minn siti tal-attivita industrijali. Ta’ rilevenza għal Malta huma t-toroq peress li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ma jikkwalifikax bħala ajruport maġġuri skond id-Direttiva. Il-pajjiżi membri huma obbligati li jħejju “mappa strateġika tal-ħsejjes”, jiġifieri, mappa ddisinjata għal studju globali tal-esposizzjoni tal-ħsejjes f’żona partikolari lejn sorsi differenti tal-ħoss jew għal tbassir globali għal żona bħal dik. Wara dan, il-pajjiżi jridu jistabbilixxu livelli aċċettabli u miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni. Id-Direttiva fiha nfisha ma tistabbilixxix il-livelli li l-pajjiżi għandhom jaddottaw peress li dawn jiġu deċiżi minn kull pajjiż rispettivament biex jirriflettu l-varjazzjonijiet ta’ natura ekonomika u soċjali bejn pajjiż u ieħor bħad-densità tal-popolazzjoni u l-livelli tat-tniġġiż. Id-Direttiva taħseb ukoll għal sistema ta’ rappurtaġġ. |
| Malta hi fl-ewwel stadji fl-implimentazzjoni ta’ | din id-Direttiva minħabba problemi ta’ nuqqas ta’ esperti f’dan il-qasam. Minħabba dan, il-MEPA qabbdet konsulenti barranin biex jassistu fl-identifikazzjoni taż-żoni li jridu jiġu mmapjati, fit-tfassil tal-mappa strateġika tal-ħsejjes, fil-konsultazzjoni pubblika, fir-rakkomandazzjonijiet għall-pjanijiet ta’ azzjoni, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-istadji li jkun imiss fl-implimentazzjoni tad-Direttiva bħax-xiri tal-apparat għal monitoring. Il-Gvern ikun irid jara ukoll jekk tkun meħtieġa leġiżlazzjoni speċifika minħabba l-mappa strateġika tal-ħsejjes. |
| Wara li saru rimarki dwar id-dewmien li kien | hemm sakemm ittieħdet azzjoni mill-MEPA, is-Sur Seychell fisser li dan kollu jrid isir fuq perjodu ta’ sena. Fisser kif id-Direttiva fiha nnfisha tagħti timetable u li d-Direttiva ma tridx tiġi implimentata kollha fl-istess waqt. Hu enfasizza wkoll li mhuwiex faċli ssib l-esperti li hemm bżonn. |
Ħajr u Awguri
Fil-bidu tal-laqgħa, iċ-chairperson l-Onor. Dott. Said, esprima l-ferħ tal-membri tal-Core Group għan-nomina ta’ Dott. Ġorġ Abela, li kien għal darbtejn membru tal-Core Group, bħala President ta’ Malta. Dott. Abela kien membru tal-Core Group fi żmien in-negozjati għas-sħubija ta’ Malta fl-UE, u reċentement bħala rappreżentant tal-Partit Laburista. Filwaqt li radd ħajr lil Dott. Abela għas-sehem tiegħu fil-MEUSAC, iċ-chairperson talab lill-Kap tal-MEUSAC biex iwassal l-awguri tal-membri tal-Core Group lil Dott. Abela.
Nomini
Iċ-ċhairperson ta merħba lil membri u sostituti ġodda tal-Core Group. Wara l-amalgamazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriża u l-Federazzjoni tal-Industrja f’entità waħda, il-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry, is-Sur Kevin J. Borg u l-Inġ. Ray Muscat issa huma membri f’isem din l-organizzazzjoni. L-Onor. Dott. Luciano Busuttil inħatar membru f’isem il-Partit Laburista. Is-Sinjura Mary Ann Sant Fournier inħatret membru sostitut f’isem il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU), is-Sur George Micallef inħatar membru sostitut f’isem il-Malta Hotels & Restaurants Association u Dott. Joe Mifsud bħala membru sostitut f’isem il-Partit Laburista.
Affarijiet oħra
| Il-Kap tal-MEUSAC Dott. Vanni Xuereb u l-Aġent | Kap responsabbli mill-Konsultazzjoni fil-MEUSAC, is-Sur Julian Micallef taw tagħrif lill-membri dwar it-twaqqif tal-Kumitati Settorjali. Wara s-sejħa li kienet saret f’Novembru li għadda, sitta u għoxrin organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili esprimew l-interess tagħhom li jkunu rappreżentati fil-kumitati. Dott. Xuereb fakkar lill-membri dwar is-sejħa li saret lill-organizzazzjonijiet rappreżentati fil-Core Group biex huma wkoll jinnominaw membri f’dawn il-kumitati. Hu ttamat li fil-ġimgħat li ġejjin issir ukoll l-għażla ta’ tlett organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li ser jirrapreżentaw lis-settur fuq il-Core Group. Il-Kap tal-MEUSAC ħabbar li fi Frar ser jingħaqdu ħames persuni mal-istaff tal-MEUSAC li x-xogħol ewlieni tagħhom ser ikun dak li jipprovdu l-qafas neċessarju biex il-ħidma tal-Kumitati Settorjali tkun effikaċi. |
| Preżenti għal-laqgħa tal-Core Group kien | hemm: is-Segretarju Parlamentari Dott. Chris Said (Chairperson), Dott. Vanni Xuereb (Kap tal-MEUSAC), Dott. Godwin Grima (Segretarju Permanenti Ewlieni), is-Sur Richard Cachia Caruana (Rappreżentant Permanenti għall-UE), is-Sur Julian Micallef (Aġent Kap Konsultazzjoni tal-MEUSAC u Segretarju tal-Core Group), is-Sinjorina Graziella Pullicino (Aġent Kap tas-Segretarjat UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru), is-Sur Sonny Portelli (Chairman MCESD), Dott. Gabriella Pace (Kap tal-Informazzjoni fil-MEUSAC), is-Sur Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Arthur Rossi (Confederation of Malta Trade Unions), is-Sur Joe Grech (Gozo Business Chamber), l-Inġ. Ray Muscat (Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry), is-Sur Pierre Fava (Malta Employers’ Association), is-Sur George Micallef (Malta Hotels and Restaurants Association), Dott. Joe Mifsud (Partit Laburista), Dott. Paul Borg Olivier (Partit Nazzjonalista), kif ukoll membri sostituti, id-diretturi tad-direttorati għall-Affarjiet tal-UE fid-diversi Ministeri, uffiċjali tal-MEPA, u membri tal-istaff tal-MEUSAC. |
| Il-laqgħa li jmiss tal-Core Group ser issir il-Ġimgħa | 27 ta’ Frar 2009. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984