DISKORS MILL-ONOR TONIO BORG, VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, LIL MEMBRI TAL-MEUSAC WAQT IL-CORE GROUP MEETING – VALLETTA - 29 TA` JANNAR 2009
| Nixtieq qabel xejn nirringrazzja lill-Kap | tal-MEUSAC Dott.Vanni Xuereb tal-istedina li għamilli biex niġi u nagħmel kelmtejn ta’ introduzzjoni fuq il-Programm Leġislattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ghal din is-sena, kif ukoll fuq il-prijoritajiet tal-Presidenza Ċeka għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. |
| Naħseb li hu ferm opportun u f`waqtu li fil-bidu | tas-sena issir din id-diskussjoni u bdil ta’ idejat, sabiex flimkien nargħfu x’inhuma dawkl-aspetti li jinterressawna, dawk li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-interess ta’ pajjiżna u fuq kollox, dawk li rridu ngħafsu fuqhom jew li nkomplu ntambru dwarhom. |
| Hija ħaġa naturali li l-prijoritajiet | tal-Presidenza Ċeka jorbtu lill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u fl-istess ħin dan tal-aħħar jirrefletti mhux biss ix-xogħol li beda u għadu ma tlestiex, imma wkoll xogħol li jrid jibda. Hekk taħdem l-Unjoni – Unjoni dinamika li tindirrizza l-isfidi ta’ quddiemha bħalma huma l-globalizzazzjoni, l-enerġija, l-ambjent, il-kompetittività u t-theddida tas-sigurtà interna u esterna. |
| It-Trattat ta’ Lisbona jiġbor fih dawn | ir-realtajiet u sfidi. L-Ewropa trid tirrikonċilja ir-realtà ekonomika mad-dimensjoni soċjali; l-Ewropa trid tpoġġi l-vuċi tagħha fuq is-suġġetti li qed jikkonfrontawha u li jinterressaw il-futur tal-pjaneta. It-Trattat ta’ Lisbona jipprepara l-Unjoni għas-Seklu 21, jew aħjar, għall-ewwel kwart ta’ dan is-seklu. |
| Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, | il-Kunsill Ewropew f’Diċembru li għadda approva pjan ta’ arranġamenti, maqbula bejn kulħadd, li ghandu jwitti t-triq għal soluzzjoni tad-diffikultajiet dwar ir-ratifikazzjoni fl-Irlanda. Jekk dan il-pjan jirnexxi, nkunu nistgħu naddottaw dan it-Trattat, tant neċessarju, biex l-Unjoni ta’ 27 stat membru u li għad trid tikber, tkun tista’ taħdem aktar effiċenti u b’mod effettiv. |
Sur Ċermen,
| It-tlett ittri “E” li jirrapreżentaw it-tlett | prijoritajiet taħt il-motto ‘L-Ewropa mingħajr barrieri’ (Europe without Barriers) li għażlet il-Presidenza Ċeka, huma sinifikanti mhux daqstant għax jindirrizzaw l-isfidi li għandha l-Unjoni quddiemha bħalissa, imma għax huma deċiżivi għas-suċċess tal-Ewropa fis-Seklu 21. |
| L-ewwel ittra E | tirreferi għall-Ekonomija u kif nistgħu nżidu l-kompettività Ewropea. Huwa importanti li nkomplu naħdmu fuq l-Istrategija ta’ Lisbona u r-riformi strutturali li din ġġib magħha. Huwa importanti, u għalkemm aħna mhux daqstant milqutin, naqblu li nkomplu bil-ħidma tagħna fuq livell Ewropew biex nistabilizzaw is-swieq finanzjarji, nibnu kunfidenza għall-investituri, niġġieldu r-riċessjoni u nixprunaw n-negozjati tal-Organizzazzjoni dwar il-Kummerċ Dinji (WTO) biex nikkonkludu ir-round ta’ Doha. |
| Ta’ min isemmi li l-Programm ta’ Ħidma | tal-Kummissjoni għal din is-sena, li hu intitolat “Naġixxu issa għall-Ewropa aħjar” jorbot ħafna ma’ dan kollu. L-ewwel prijorità ta’ dan il-Programm Leġislattiv u ta’ ħidma, huwa appuntu t-tkabbir ekonomiku u x-xogħol – l-impjiegi. B’sodisfazzjon ninnotaw li l-Kummissjoni ħa tkompli fil-mixja tagħha biex tnaqqas il-piż amministrativ (administrative burden) u tissimplifika u timmodernizza il-qafas regolatorju bl-aġenda tagħha ta’ Better Regulation. B’sodisfazzjon ukoll ninnotaw ċerti azzjonijiet fil-qasam tal-Patent - bil-Malti msejjħa privattiva - li ovvjament jilħaq tajjeb l-għanijiet ta’ Malta fil-qasam ta’ investiment fis-settur tat-teknoloġija tal-informatika. |
Sur Ċermen,
| Huwa propizju, meta wieħed jara mil-liema kriżi | għaddew ċerti pajjiżi Ewropej, u meta wieħed jara s-suq tal-enerġija dinji, li l-Presidenza Ċeka ssemmi t-tieni ittra E għall-Enerġija. L-isfidi ta’ sigurtà, sostenibilità, kompetittività u diversifikazzjoni fl-enerġija Ewropea jagħmlu pakkett ambizzjuż u komprensiv li hu fuq quddiem nett tal-aġenda kemm tal-Presidenza, kif ukoll mil-lat implimentattiv, tal-Programm tal-Kummissjoni. |
| F’dan il-kuntest, hu marbut mill-qrib l-isforzi | tal-Ewropa fil-ġlieda kontinwa kontra l-bidla fil-klima. L-Unjoni, fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru li għadda, approvat pakkett dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima, liema pakkett hu ta’ importanza ċentrali u strateġika għal Ewropa futura. Il-pakkett jinkludi tliet miri, hekk msejjħa the three 20s (it-tliet għoxrinijiet), li jridu jintlaħqu sal-2020 – tnaqqis ta’ 20% (fil-mija) fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, 20% sehem mill-konsum tal-enerġija totali f’enerġija li tiġġedded (renewable energy) u 20% ta’ frankar (ta’ saving) ta’ konsum ta’ enerġija minn titjib fl-effiċenza tal-enerġija. |
| Il-Gvern Malti innota dawn l-għanijiet u | beħsiebu jagħmel l-almu tiegħu kollu biex dawn il-miri jintlaħqu. Bħala pajjiż gżira fil-periferija tal-Ewropa, l-impatt finanzjarju hu aktar qawwi minn ta’ ħaddieħor, u dan il-punt diġà għamilnih fil-kumitati relevanti, inkluż dawk ministerjali, u ħa nkomplu nisħqu fuqu fix-xhur li ġejjin. Malta taqbel ferm ma’ infrastruttura ta’ interkonnettività Ewropea. Malta għandha x’tibbenefika minn din l-interkonnessjoni. L-istess fejn tidħol id-diversifikazzjoni, Malta tagħraf li l-importanza strateġika tal-Mediterranan li hu kruċjali għall-preokkupazzjoni tal-Ewropa dwar it-totalità tas-sigurtà tal-enerġija Ewropea. Aħna konna u għadna minn ta’ quddiem biex nispjegaw lill-sħabna l-Istati Membri l-importanza ta’ sħabna l-pajjiżi Għarab fejn tidħol l-enerġija. Fl-opinjoni tagħna dan jista’ jservi ta’ pjattaforma biex ikun hemm djalogu aktar wiesgħa mall-pajjiżi tal-Lega Għarbija. |
| L-enerġija tinsab fil-qalba tal-programm ta’ | ħidma tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-2009, ir-Reviżjoni Strateġika dwar l-Enerġija tal-Kommissjoni ser tistabbilixxi strateġija globali għat-titjib tas-sigurtà tal-enerġija. Fil-qasam tas-sostenibbiltà, il-Kummissjoni ser tiffoka fuq l-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli. Il-Kummissjoni ser tieħu inizjattivi speċifiċi f’dan ir-rigward li jinkludu ħidma biex il-politika tat-trasport Ewropea tkun aktar ekoloġika, użu sostenibbli tar-riżorsi naturali tal-Ewropa, riforma fil-Politika Komuni tas-Sajd fil-kuntest ta’ Politika Marittima Integrata u Biodiversità u implimentazzjoni ta’ analiżi dwar is-sitwazjoni kif inhi bħalissa fil-Politika Agrigola Komuni. |
Sur Ċermen,
| It-tielet ittra E | hi dik li tirreferi għall-Ewropa bħala sieħeb dinji. L-Ewropa m’għandhiex għażla ħlief li terfa’ r-responsabilità li għandha bħalha l-akbar suq intern fid-dinja, u għaldaqstant saħħa ekonomika qawwija, li ġġib magħha wkoll kontribut politiku internazzjonali qawwi. Il-kriżi ricenti f’Georgia uriet li l-Unjoni għandha fil-fatt responsabilitajiet politiċi u li dawn tiflaħhom u ġġorhom b’effett kunsiderabbli u b’intervenzjoni f’waqtha. |
| Aktar minn qatt qabel, l-avvenimenti li ġraw dan | l-aħħar f’Gaża jitolbu involviment qawwi tal-Unjoni fil-Lvant Nofshani. L-Unjoni ser tkompli taħdem biex il-kontribuzzjoni tagħha tinfluenza pożittivament is-sitwazzjoni preżenti u tipprovdi sors ta’ kuraġġ għall-proċess dwar il-paċi fil-Lvant Nofshani. F’dan il-qasam, Malta qegħda attenta ħafna u tikkontribwixxi mhux bil-ftit fid-diskussjonijiet ministerjali u oħrajn biex ikun hemm soluzzjoni ġusta u aħħarija f’dan ir-reġjun. F’dan ix-xenarju ferm diffiċli, huwa importanti li l-koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerika tkompli tiżviluppa b’mod konkret speċjalment fil-Quartet. |
| Malta temmen li hu kruċjali għall-Unjoni biex | tintensifika l-isforzi tagħha ghar-relazzjonijiet aktar b’saħħithom mad-dinja Gharbija b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ djalogu politiku regolari mal-Lega Għarbija. Il-Konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Lega Għarbija wara l-andament tal-ewwel Laqgħa Ministerjali li kienet saret f’Malta fi Frar tas-sena l-oħra huma nkorraġġanti. Qed naħdmu ma’ sħabna pajjiżi membri tal-Unjoni u mal-Presidenza Ċeka biex tinżamm it-tieni Laqgħa Ministerjali fl-Eġittu bħala follow-up għall-ewwel laqgħa f’Malta. Ta’ min insemmi hawn, li Malta għandha sodisfazzjon kbir għall-fatt li l-Unjoni qablet li l-Uffiċċju ta’ Koordianment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija ikun mwaqqaf f’Malta. Dan juri l-apprezzament u l-affermazzjoni tal-Unjoni għall-vokazzjoni ta’ Malta f’dan il-qasam. |
| Malta taqbel u ser issostni l-Presidenza Ċeka | fejn tidħol il-politika tat-tkabbir. Malta tikkunsidra din il-politika tal-Unjoni bħala element pożittiv għall-futur tal-Ewropa. Il-politika tat-tkabbir hi strument fil-politika barranija tal-Unjoni fejn biha l-Unjoni teżerċita pressjoni ratba fuq il-pajjiżi kandidati u dawk fil-perpspettiva Ewropea, biex ikomplu bil-ħidma tagħhom favur rispett sħiħ għall-prinċipji demokratiċi, rispett għad-dritiijiet fundamentali tal-bniedem kif ukoll rispett għall-hekk msejjħa rule of law. Hekk biss tista’ tirrenja l-paċi u s-stabilità, speċjalment fir-reġjun tal-Balkani. |
| Fuq kollox aħna nemmnu li sakemm ikun hemm | rispett sħiħ għall-kriterji ta’ Copenhagen dwar in-negozjati tas-sħubija, it-tkabbir ta’ dawk li bħalissa qegħdin għaddejjin minn negozjati jista’ jkompli jsir, jinkonkludi ruħu u jkun hemm sħubija, indipendentement mill-andament tar-ratifikazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona. |
| Il’ hemm mill-viċinanza immedjata tagħna, Malta | taqbel mal-Presidenza Ċeka kif ukoll tappoġja l-Programm ta’ Ħidma tal-Unjoni biex l-Unjoni tibni relazzjoni b’saħħitha mal-imsieħba ewlenin fosthom l-Istati Uniti, ir-Russja, iċ-Ċina, l-Indja u l-Ġappun, kif ukoll ma’ ekonomiji emerġenti oħrajn bħal Brażil. |
| Fl-isfond tal-politika tal-kooperazzjoni | tal-iżvilupp (development cooperation), Malta taqbel mal-attenzjoni speċjali li ħa tagħti l-Kummissjoni fuq it-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (Millennium Development Goals). |
Sur Ċermen,
| Il-Programm Leġislattiv u ta’ Ħidma | tal-Kummissjoni għall-2009 – Naġixxu issa għall-Ewropa Aħjar - jelenka inizjattivi u azzjonijiet fuq oqsma oħra li nħoss li ta’ min insemmi xi wħud minnhom. |
| Taħt il-qafas tal-Ewropa qrib iċ-ċittadin, | il-Kummissjoni poġġiet kif jixraq iċ-ċittadin Ewropew fil-qalba tal-proġett Ewropew, permezz ta’ politika u azzjonijiet f’oqsma li huma qrib iċ-ċittadin bħad-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza, il-migrazzjoni, il-ġustizzja, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa. Dawn kollha jiġbru, b’mod jew ieħor l-aspettattiva u l-indirizz tal- preokkupazzjonijiet taċ-ċittadin Ewropew. |
| Jekk niehdu l-eżempju ta` Malta, bla dubju ta’ | xejn l-immigrazzjoni irregolari tibqa’ fuq quddiem tal-ħidma tal-Gvern Malti. B’sodisfazzjon ninnotaw li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex matul l-2009 ikun mwettaq sensiela ta’ għanijiet u prinċipji, bi sħubija mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni msejjħa ‘Politika Komuni tal-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, Azzjonijiet u Għodda’. Hemm impenn ukoll minn naħa tal-Kummissjoni, speċjalment issa fid-dawl tal-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, li matul l-2009 jitwaqqaf Network Ewropew tal-Migrazzjoni, ħolqien ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Ażil, azzjoni komuni fil-qasam tal-politika tar-ritorn u fl-aħħarnett kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri u FRONTEX. |
| Kemm il-prijoritajiet tal-Presidenza Ċeka kif | ukoll il-Programm Leġislattiv u ta’ Hidma tal-Kummissjoni, anke jekk ikunu ta’ suċċess fihom nfushom, ma jkunux ta’ suċċess komplut jekk dak is-suċċess ma jiġix rreġistrat miċ-ċittadin Ewropew. Għaldaqstant il-ħtieġa ta’ komunikazzjoni li tkun iffukata fuq riżultati tanġibbli tibqa’ prijorità fiha nfisha. Ikun inutli li ċ-ċittadin ma jifhimnx x’qeda tagħmel l-Ewropa għalih jew għalija u għal generazzjonijiet futuri. |
Sur Ċermen,
L-Unjoni Ewropea ma tistax tagħmel kollox. Lanqas mhi qegħda hemm biex tagħmel kollox. U mhux raġonevoli jekk nitolbuha tagħmel kollox. F’dinja globalizzata, l-aspettattivi taċ-ċittadin Ewropew qegħdin isiru aktar u aktar komuni. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom quddiemhom sfidi komuni, opportunitajiet komuni u problemi komuni. Għalhekk l-Unjoni tieħu inizjattivi komuni u azzjonijiet komuni. Hi l-fehma tiegħi li f’dan ir-rigward, l-Unjoni trid tagħmel aktar affarijiet kbar u anqas affarijiet ta’ regolamentazzjoni żgħar.
Nieħu pjaċir ninnota li kemm il-Presidenza Ċeka, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, fil-programmi rispettivi tagħhom għax-xhur li ġejjin, iżommu dan il-prinċipju ħaj. Nawgura kull suċċess, biex flimkien, dak kollu li fi ħsiebna nwettqu, jirrejalizza ruħu.
Grazzi.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984