TNEDIJA TA’ ŻEWĠ SKEMI TA’ BOROŻ TA’ STUDJU: - STEPS - STRATEGIC EDUCATIONAL PATHWAYS SCHOLARSHIPS - CGCB - CAREER GUIDANCE CAPACITY BUILDING
| Il-Gvern qed joffri opportunitajiet kbar biex | aktar Maltin ikomplu jistudjaw u jispeċjalizzaw biex ikunu jistgħu jtejbu l-prospetti tal-karriera tagħhom fl-istess waqt li jkunu qed jgħinu lill-pajjiż fid-diversi oqsma tal-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. Għal dan l-iskop qed ikunu vvutati miljuni ta’ ewro f’erba’ skemi ta’ scholarships li tnejn minnhom kienu mnedija l-lum. Dan ħabbritu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, meta dalgħodu nidiet żewġ skemi ġodda ta’ Boroż ta’ Studju. |
| Kif tħabbar fid-diskors tal-Budget, | il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed iniedi żewġ skemi oħra ta’ scholarships li huma ffinanzjati parzjalment taħt il-Programm Operattiv II – Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ dan il-Programm Operattiv hu li “Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta’ Ħajja Aħjar.” |
| Permezz tal-ewwel skema magħrufa bħala STEPS (Strategic | Educational Pathways Scholarships), se jiġu investiti €10,000,000 fuq medda ta’ erba’ snin. Dan hu investiment dirett fil-futur taż-żgħazagħ u l-adulti Maltin u Għawdxin, biex ikomplu jistudjaw u jagħmlu riċerka relatata ma’ oqsma importanti għall-iżvilupp ta’ pajjiżna. Dan hu proġett ambizzjuż, imma aħna nemmnu fil-ħiliet taż-żgħażagħ u l-adulti u issa qed nagħtu l-għodda biex dan jitwettaq. |
| L-iskema STEPS se tkun mifruxa bejn is-snin 2009 | u 2013. Kulmin għandu diga’ l-ewwel degree jista’ japplika u jibbenifika minn din l-iskema. Din hi skema ta’ inċentivi biex persuna tkun tista’ tkompli tistudja għall-Masters jew għad-Dottorat. Il-Masters tista’ ssir fuq bażi part-time, full-time jew permezz ta’ distance learning. Fil-każ ta’ studju għad-Dottorat, l-istudju jrid ikun fuq bażi full-time. |
| Il-Ministru Cristina spjegat li bl-iskema STEPS | se nindirizzaw tliet oqsma partikolari: |
1. Se nkomplu nsaħħu s-sistema edukattiva tagħna biex ikollna edukaturi u amministraturi aktar mħarrġa fit-tagħlim, fit-taħriġ ta’ edukaturi oħra, fit-tfassil tal-kurrikulu, fis-servizzi edukattivi – edukaturi li kapaċi jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet soċjo-ekonomiċi tas-soċjeta Maltija. Għal dan il-għan, qed ninvestu bejn wieħed u ieħor €1.5 miljun.
| 2. Se | noffru scholarships biex nindirizzaw oqsma fejn jinħass il-bżonn ta’ aktar expertise fost l-impjegati tagħna, bħal f’setturi tal-ekonomija fejn hemm żvilupp mgħaġġel ħafna – pereżempju fil-farmaċewtika, manuntenzjoni tal-avjazzjoni, servizzi finanzjarji, turiżmu. Setturi bħall-agrikoltura, is-sajd, l-ambjent u t-turiżmu. L-investiment f’dawn l-ischolarships hu ta’ madwar €3.8 miljun. |
| 3. Se | nilqgħu wkoll applikazzjonijiet għal scholarships fejn il-mira ta’ min irid ikompli jistudja hi li jagħmel studju u riċerka avvanzata fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija u l-ICT. Għal dan il-għan, qed ninvestu mal-€4.4 miljun. |
| Għal | min jixtieq ikompli jistudja biex iġib Masters, qed jiġi offrut pakkett li jista’ jilħaq sa massimu ta’ €6,000 fis-sena għal korsijiet li m’humiex relatati mal-oqsma tax-Xjenza u t-Teknoloġija u jistgħu jitilgħu sa massimu ta’ €13,000 fis-sena jekk l-ispeċjalizzazzjoni hi fil-qasam tax-xjenza, t-teknologija jew l-ICT. |
| L-iskema qed toffri pakkett attraenti wkoll għal | min jixtieq ikompli l-istudji u jieħu dottorat. Għal dawk li jixtiequ dottorat f’suġġett mhux relatat max-Xjenza u t-Teknoloġija, l-pakkett jista’ jilħaq massimu ta’ €8,500 fis-sena u dan jitla’ għal €22,000 fis-sena jekk l-istudji huma fl-oqsma tax-Xjenza u t-Teknologija. |
| L-iskema STEPS taħseb biex b’dawn l-għajnuniet, | jitħallsu l-miżati tal-università, l-bench fees u maintenance grant. |
| Il-prinċipju li fuqu nħadmu l-għotjiet f’din | l-iskema hu li għall-Masters, il-massimu jkun ta’ mhux aktar minn €2,500 fis-sena u għal min qed isegwi Dottorat jitla’ għall-massimu ta’ €5,000 fis-sena. |
| L-għotja tingħata biss għal min ikun qed isegwi | l-kors fuq bażi full-time. Min jiddeċiedi li jmur jistudja barra minn Malta, l-iskema STEPS toffrilu allowance ta’ €2,500 addizzjonali fis-sena. |
| Il-Ministru Cristina sostniet li biex nagħtu | inċentiv mill-aktar wiesa’ ħalli ż-żgħażagħ u l-adulti tagħna jkomplu jistudjaw, l-iskema STEPS taħseb ukoll biex tgħin finanzjarjament lil min għandu t-tfal. Apparti l-pakkett li diġà ssemma, għall-ewwel wild, l-istudent jieħu għajnuna ta’ €1,170 fis-sena. Għall-ulied l-oħra, l-istudent jieħu għajnuna ta’ €700 fis-sena għal kull wild taħt il-15-il sena. Dawn l-għajnuniet finanzjarji jingħataw lil min isegwi kors fil-Masters jew għad-Dottorat fuq bażi ta’ full-time. |
| Jekk | min se jsegwi kors għal Dottorat, ikun miżżewweġ jew miżżewġa u l-istudji se jsiru barra minn Malta, jingħata allowance ta’ €2,330 fis-sena. Din hi intenzjonata li sservi bħala kontribuzzjoni biex l-istudent ma jaqtax qalbu li jkompli jistudja, sempliċiment għax hu miżżewweġ. |
| Fil-każ ta’ studenti Għawdxin li jagħżlu | l-Università ta’ Malta għat-tkomplija ta’ l-istudji tagħhom, allura dawn ukoll igawdu minn inċentiv finanzjarju li jammonta għal €1,050 fis-sena. |
| Kull | min jixtieq ikompli l-istudji tiegħu fil-Masters jew għal Dottorat jista’ jagħżel liema istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja jew università li jrid sakemm din tkun rikonoxxuta u liċenzjata. |
L-applikazzjonijiet jistgħu jintlaqgħu mil-lum għal min jixtieq jibda dawn l-istudji immedjatament. Student jista’ jniżżel il-formola minn fuq is-sit elettroniku www.education.gov.mt jew inkella billi tinkiseb formola mill-uffiċċju tal-Customer Care fid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi fil-Furjana jew mill-uffiċċju tal-Edukazzjoni f’Għawdex. Se ssir sejħa oħra għall-applikazzjonijiet f’Mejju li ġej għal min qed jippjana li jkompli l-istudji tiegħu aktar tard din is-sena. F’Novembru jkun hemm sejħa oħra biex sa sena oħra ikollna madwar 165 persuna li jkunu bdew jibbenefikaw minn din l-iskema.
| L-iskema STEPS trid tkun iċ-ċavetta ħalli | pajjiżna verament jirnexxi fl-oqsma kollha. Hija skema fejn kulħadd għandu l-opportunità li jkabbar l-għerf tiegħu kif ukoll isaħħaħ l-ħila tiegħu. Irridu mhux biss aktar impjiegi f’pajjiżna, imma impjegati ta’ kwalità ogħla. Din hi t-tweġiba tagħna biex nikkompetu u nirnexxu f’ekonomija globalizzata. Din hi t-triq tagħna biex nassiguraw li jkollna kwalità ta’ ħajja aħjar. Bil-fatti, irridu u qegħdin ninvestu fil-futur tal-poplu Malti u Għawdxi. |
| Ta’ | min ifakkar li l-Gvern permezz tal-Ministeru tal-Edukazzjoni diġa’ għandu żewġ skemi oħra ta’ scholarships: waħda għal dawk li se jagħmlu l-ewwel degree u oħra għal dawk li jixtiequ jagħmlu Masters jew Dottorat. |
Career Guidance
| It-tieni skema ta’ | scholarships li tnediet illum hi ffukata esklussivament fuq il-gwida tal-karrieri. Permezz ta’ din l-iskema, 42 persuna se jkunu jistgħu ikomplu jistudjaw sakemm jiksbu Masters fil-qasam tal-Career Guidance (Gwida tal-Karrieri). |
| Din | l-iskema magħrufa bħala Career Guidance Capacity Building (CGCB) għandha tagħti servizz professjonali effettiv f’qafas dinamiku f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ fil-livelli kollha. Min jibbenefika minn dawn l-ischolarships se jiksbu ħiliet u informazzjoni li permezz tagħhom ikabbru l-kompetenzi soċjali tagħhom, jifhmu aħjar is-swieq tax-xogħol, ikunu aktar flessibbli u jkabbru l-prospetti tal-impjieg tagħhom. |
| L-applikanti jkunu jistgħu jagħżlu korsijiet | minn universitajiet rikonoxxuti tal-għażla tagħhom u allura din id-diversita’ se twessa’ l-perspettivi tagħhom u tiggarantixxi esperjenza aktar għanja għas-sistema edukattiva tagħna. |
| Fi | tmiem dan il-proġett ikollna 42 Gwidi tal-Karrieri mħarrġa professjonalment li għandhom jipprovdu bażi soda ta’ persuni kwalifikati fil-qasam edukattiv. |
| Din | l-iskema għandha timla vojt li għandna llum fil-qasam edukattiv u vokazzjonali filwaqt li ssaħħaħ il-kwalitajiet u l-abiltajiet ta’ dawk li diġa’ qed jaħdmu f’dan il-qasam u li jixtiequ jibqgħu javvanzaw fil-professjoni tagħhom. |
| Dan | se jkun possibbli għax dawn l-ischolarships jistgħu jittieħdu anke fuq bażi part-time filwaqt li se jkun possibbli wkoll li wieħed imur jistudja barra. |
| Fit-tnedija tal-iskemi tkellmet ukoll Micheline | Sciberras, Direttur Ġeneral tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li qalet li d-direttorat tagħha nieda żewġ skemi ta’ Boroż ta’ Studju biex jinfetħu aktar il-bibien għad-dinja tal-istudju fl-livell postgraduate mhux biss għaż-żgħażagħ imma wkoll għall-adulti u b’mod partikolari għall-edukaturi. L-iskemi, STEPS (Strategic Educational Pathways Scholarships u CGCB (Career Guidance Capacity Building Scholarships) huma żewġ skemi bl-iskop ewlieni li jiġu pprovduti aktar opportunitajiet biex ikollna aktar speċjalizzazzjoni fil-livell postgraduate, jiġifieri fl-livell ta’ Masters u Dottorat. |
| Hi qalet li “l-għanijiet ewlenin ta’ dawn | l-iskemi huma li nassistu persuni li juru livell ta’ eċċellenza biex isegwu studju fl-livell għoli ta’ riċerka akkademika u li ninkoraġġixxu u nippromwovu aktar parteċipazzjoni ta’ studenti f’dan il-livell, kemm f’Malta kif ukoll barra.” Dawn iż-żewġ skemi ta’ boroż ta’ studju huma ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-European Social Fund. |
| Hemm aktar minn 10 miljuni u nofs Ewro f’boroż | ta’ studju bejn iż-żewġ skemi fuq medda ta’ 4 snin. Waqt li skema waħda se tiffokka fuq oqsma differenti fosthom ix-xjenza, it-teknoloġija u l-edukazzjoni, l-iskema l-oħra hi ffukata fuq il-qasam ta’ career guidance. Sciberras spjegat li aktar professjonisti speċjalizzati f’dan il-qasam huma meħtieġa biex l-istudent, kemm jekk żgħażugħ jew adult, ikollu servizz ta’ gwida tal-karrieri li toffrilu ħiliet li jżidulu l-possibiltajiet ta’ impjieg, flessibiltà, kompetenzi soċjali u aktar għarfien tas-suq tax-xogħol u tat-tagħlim. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984