GĦAXAR SNIN TA’ ĦIDMA B’RISQ IT-TURIŻMU F’GĦAWDEX
PR0133
28/01/2009
| ‘Dak li sar fis-settur | turistiku Għawdxi tul l-aħħar għaxar snin żgur li għamel differenza u ġab titjib kemm fil-prodott turistiku kif ukoll fil-mod ta’ kif jitmexxa dan is-settur’. Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, waqt li kienet qed tindirizza l-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex li saret ġewwa lukanda ewlenija f’Għawdex. |
| Il-GTA kienet twaqqfet fuq | inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex għaxar snin ilu u minn dak inhar sal-lum saret rikonoxxuta bħala rappreżentanta tas-settur turistiku Għawdxi. L-assoċjazzjoni tiġbor fi ħdanha numru wiesa’ ta’ membri li ġejjin mill-qasam turistiku Għawdxi fosthom stabbilimenti tal-akkomodazzjoni, stabbilimenti tal-ikel, trasport, diving, u servizzi turistiċi ġenerali. Ta’ kull sena l-assoċjazzjoni tlaqqa’ l-membri tagħha biex filwaqt li jingħata rendikont ta’ dak li jkun sar matul is-sena li tkun għadha kemm għaddiet, jitwaqqaf il-kunsill li ser imexxi l-assoċjazzjoni għas-sena li ġejja. |
| Waqt id-diskors tagħha, | il-Ministru Giovanna Debono, qalet li t-twaqqif ta’ din l-assoċjazzjoni kienet waħda mill-inizjattivi li wrew l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex jindirizza l-ħtiġijiet tal-industrija turistika, li hija pilastru ewlieni tal-ekonomija f’Għawdex. Matul dan iż-żmien inħolqot sinerġija bejn dawk involuti fis-settur u l-Ministeru għal Għawdex u permezz ta’ din il-ħidma ġew indirizzati sfidi partikolari għal dan is-settur, fosthom l-istaġjonalità u r-reklamar ta’ Għawdex bħala destinazzjoni distinta. Dan kollu ta riżultati pożittivi kemm mil-lat tas-suq barrani kif ukoll fl-iżvilupp tas-suq domestiku. |
| Fis-sitwazzjoni ekonomika | internazzjonali attwali, huwa importanti li jkomplu jingħaqdu l-isforzi ta’ dawk kollha involuti biex b’hekk din l-industrija tkun f’pożizzjoni li tilqa’ għall-isfidi li din is-sitwazzjoni qed tippreżenta. |
| Ir-riżultati miksuba matul | l-2008 żammew stabbli mar-riżultati miksuba fl-2007 li pero’, wieħed irid jinnota, kienu riżultati pożittivi ħafna. Il-Ministru għal Għawdex qalet ukoll li s-settur turistiku Għawdxi jista’ jibbenefika mill-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Dan ser iġib ukoll titjib fil-prodott turistiku Għawdxi u għalhekk huwa importanti li dawk involuti fis-settur itejbu huma wkoll il-prodott tagħhom. Hija ħeġġet lill-operaturi ta’ stabbilimenti turistiċi Għawdxin biex, kif għamlu fi skema oħra fil-perjodu ta’ finanzjament 2004-2006, japprofittaw mill-Iskema għall-Proġetti Turistiċi Sostenibbli li ġiet imħabbra dan l-aħħar. B’hekk huma wkoll ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-€10 miljun li qed jiġu allokati f’din l-iskema, li hija mmirata biex issaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-prodott turistiku ta’ pajjiżna. |
| Waqt din il-laqgħa tkellmu | wkoll il-President tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex, is-Sur Paul Scicluna kif ukoll is-Segretarju Ġenerali s-Sur Joe Muscat. Tkellmu wkoll is-Sur Frank Farrugia mit-taqsima tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, is-Sur Paul Miruzzi, Direttur Ġenerali tat-Taqsima tal-Propjetà tal-Gvern kif ukoll il-Perit Raphael Axiaq mit-taqsima tal-MEPA f’Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984