IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI, IĦABBAR IL-PJAN TA’ ĦIDMA GĦALL-ISPORT GĦAS-SENA 2009
PR0129
27/01/2009
| “Matul din is-sena | ser ikunu mnedija sensiela ta’ skemi bl-għan li l-Gvern ikompli jassisti l-għaqdiet sportivi fil-ħidma tagħhom u biex aktar nies jipparteċipaw fl-eżerċizzju fiżika u l-isport.” |
| Dan ħabbru s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza konferenza bit-tema pjan ta’ ħidma għall-Isport 2009 li fiha ngħataw dettalji dwar il-pjan ta’ ħidma fl-isport għal matul din is-sena. |
| Clyde Puli semma | l-importanza tal-Isport fis-settur tas-saħħa u l-bżonn li aktar nies iqattgħu aktar ħin jagħmlu eżerċizzju fiżiku, dan biex ikunu evitati problemi f’saħħet il-bniedem. Semma wkoll l-impatt pożittiv tal-isport fuq l-ekonomija tal-pajjiż, hekk kif fost l-oħrajn l-isport jista’ jservi ta’ għodda biex aktar turisti jiġu pajjiżna. Għal dan il-għan fil-preżent qed isiru diskussjonijiet mas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu biex jinħoloq fond komuni biex għaqdiet sportivi jkunu jistgħu jiġu mgħejjuna biex jorganizzaw attivitajiet sportivi b’mod partikolari fix-xhur tax-xitwa li huma meqjusa bħala xhur kwieti fis-settur turistiku. |
| Fost | il-prijoritajiet fil-qasam sportiv, il-Gvern jinsab determinat li jnissel kultura sportiva. “Irridu nibdew mill-iskejjel, irid ikun hemm aktar faċilitajiet sportivi, jiżdiedu l-programmi sportivi, skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet sportivi kif ukoll jinħolqu strutturi li jixhdu serjetà u professjonalità” sostna Clyde Puli. |
| Fid-diskors | tiegħu s-Segretarju Parlamentari semma wkoll bosta inizjattivi li se jkunu qed jittieħdu matul is-sena li ġejja, fost l-oħrajn aktar faċilitajiet sportivi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ aktar programmi sportivi għall-etajiet kollha. |
| Is-Segretarju | Parlamentari tkellem ukoll dwar l-assistenza diretta u indiretta li jingħataw l-għaqdiet sportivi inkluż il-Kumitat Olimpiku. Elenka numru ta’ skemi li jiswew eluf kbar li llum ħadd ma jqishom bħala assistenza mingħand il-Gvern. Fost dawn hu semma kif biex il-Pixxina Nazzjonali tinżamm sħuna jintefqu medja ta’ aktar minn €800 kuljum. |
| Is-Segretarju | Parlamentari saħaq li filwaqt li dawn l-isfidi jridu jingħelbu din is-sena, aktar flus ser ikunu nvestiti fl-isport. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984