Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0128
Date Icon 27/01/2009

Reazzjoni għal-istqarija maħruġa mill-kumitat dwar l-impjant ta’ Sant’ Antnin -

 ‘aktar enerġija nadifa mill-iskart’

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralijfakkar li minn nhar il-Ġimgħa nbeda proċess ta’ konsultazzjoni publika dwar l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija tal-iskart. Il-Ministeru matul dan il-perijodu ta tmien ġimgħat irid li jisma u jiddiskuti ma kulħadd. Tant hu hekk li matul il-ġranet li għaddew diġa saru laqgħat ma’ għaqdiet ambjentali, mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u mad-deputat laburista Leo Brincat.
Il-Gvern jappella sabiex iċ-ċittadinijipparteċipaw fil-proċess ta’ konsultazzjoni publika u ma jagħmilx bħal ma kien għamel il-kumitat dwar l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’ Antnin li ma ħax parti attiva’ fil-preparazzjoni tal-istrateġija.  Il-Kumitat wara li ġiet approvata qagħad jipprotesta minghajr ma bbaza l-argumenti tieghu fuq il-fatti.
Il-Gvern jistieden lil-entitajiet kollha biexiresqu l-oppinjonijiet tagħhom dwar dawn il-proposti biex Malta tkompli timxi ‘l quddiem fil-qasam ambjentali u nkomplu mixjin fit-triq biex niġġeneraw ‘aktar enerġija nadifa mill-iskart’.  Il-Gvern mill-istrateġija tal-2001 bena diversi faċilitajiet biex jiġi immaniġjat l-iskart fosthom l-Impjant ta’ Sant’Antnin, ic-Centri għal ġbir ta’ skart goff bħalma hemm l-Imrieħel, Ħal Far, Ħal Luqa u l-Għallis u l-enginereed landfill. Għaddej ukoll il-proċess għar-riabilitazzjoni tal-Magħtab.
Il-kumitat dwar l-impjant kien ivvinta li sejinbena inċineratur ġewwa l-impjant ta’ Sant’ Antnin, iżda hawnhekk ukoll il-kumitat kien żbaljat u għalxejn ipprova jqarraq bin-nies ta’ Wied il-Għajn. L-inċineratur mhux qed jiġi propost li jinbena f’Sant Antnin.  L-incineratur  huwa maħsub biss biex jiġi tratat dak l-iskart li ma jistax jiġi trattat f’impjanti oħra. L-iskart li se jkun qed jiġi trattat fl’inċineratur il-ġdid hu magħruf bħala RDF (Refused Derived Fuel) skart bi kwantita ta’ enerġija għolja li kapaċi jipproduċi enerġija daqs riżorsi naturali oħra li għandom ammont ta’ enerġija viċin daqs dik li għandu l-faħam. L-għan li proposta issemmi li l-inċineratur għandu jinbena viċin il-power station huwa biex jifforma parti mill-ġenerazzjoni addizjonali li hemm bżonn.  Permezz ta’ l-inċineratur tibda tinħoloq enerġija nadifa, mingħajr il-ħruq ta’ żejt.
B’reazzjoni għal-istqarija maħruġa mill-kumitatdwar l-impjant ta’ Sant’ Antnin il-Gvern irid ifakkar li d-deċiżjoni li ma jinżilx l-iskart kollhu li jiġi ġġenerat ġewwa Sant’ Antnin ittieħdet ħafna qabel mal-kumitat dwar l-impjant ta’ Sant’ Antnin għamel l-oġġezzjoni tiegħu. L-applikazjoni għal-fondi biex jiġi mmodernizzat l-impjant ta’ Sant’Antnin kienet biss għal 71,000 tunnelata. Biss minkejja dan kienu ħafna l-okkażjonijiet fejn il-kumitat dwar l-Impjant kien qal illi l-gvern ma kienx se jiżviluppa mpjanti oħra u jniżżel l-iskart kollu f’Wied il-Għajn. F’dak iż-żmien kien ġie ddikjarat li l-gvern kien lest jiżvillupa mpjanti oħra biex jitrattaw il-kumplamnet tal-iskart.

Id-Dokument ta’ konsultazzjoni jista’ jinkiseb mis-sit www.wastestrategy.gov.mt jew mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijet Rurali. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow