Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, L-ONOR. CLYDE PULI, JIPPREŻENTA RIKONOXXIMENTI GĦALL-EĊĊELLENZA FL-ISPORT

PR0127
Date Icon 27/01/2009
“Il-Gvern huwa kommess li jirrikonoxxi l-impenn,il-ħidma u s-sagrifiċċji tal-atleti Maltin. Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, is-sena 2008 tibqa’ mfakkra għas-suċċessi miksuba minn diversi atleti lokali.”
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħu Sport, Clyde Puli waqt li ppreżenta rikonoxximent lil tliet persuni għall-eċċellenza fl-isport għas-sena 2008 kif ukoll b’apprezzament għall-appoġġ lill-isportivi Maltin.
Is-South End Coreġie rikonoxxut għall-appoġġ li jagħti lill-isportivi Maltin. Il-premju f’isem is-South End Core, irċievih Louis Agius li kien ħa l-inizjattiva li jwaqqaf dan il-grupp bl-iskop li jkun hemm sapport organizzat għall-isportivi Maltin. Fost id-dixxiplini sportivi li s-South End Core jissapportja hemm it-tim Malti tal-football u dak tar-rugby. Huma kienu preżenti wkoll waqt il-Comen Cup tal-Waterpolo kif ukoll laqgħu lil Aaron Ciantar mal-wasla tiegħu f’Malta wara li kien inkurunat champion tad-dinja tal-P1 Powerboats.
Żewġ rikonoxximenti t’eċċellenza ngħataw lilżewġ atleti William Chetcuti u Aaron Ciantar, li matul l-2008 għamlu ġieh mhux biss għalihom personali iżda wkoll lil pajjiżna.
Wara li kiseb diversi suċċesifuq livell nazzjonali, it-tiratur Malti William Chetcuti kompla għaddej bis-suċċessi tiegħu fil-kamp internazzjonali.  Huwa ħa sehem u rebaħ diversi midalji kemm fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, Logħob tal-Mediterran, Logħob tal-Commowealth, Kampjonati Ewropej kif ukoll fil-World Junior Championships. William irrappreżenta wkoll lil Malta kemm fl-Olimpijadi f’Ateni fl-2004 u f’Beijing is-sena li għaddiet. F’Beijing, William spiċċa fit-tmien post. Dan ir-riżultat kien l-aħjar wieħed li qatt kiseb atleta Malti f’dan il-logħob.
Aaron Ciantar ilu sa minn tfulitu fin-negozjutad-dgħajjes permezz tal-familja Ciantar. L-ewwel dehra t’Aaron fil-kamp tal-P1 kienet f’Mejju 2004 fejn flimkien ma’ oħtu Audrienne ħa sehem fl-ewwel Grand Prix ta’ Malta. F’Settembru tas-sena li għaddiet, Aaron flimkien mat-Taljan Angelo Tedeschi saru champions tad-dinja fil-kategorija Super Sport tal-P1.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow