STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI B’MEMORJA QASIRA JEW JAGĦMEL TA’ RASU LI MA JRIDX JIFHEM
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u Mexxej Laburista | Joseph Muscat għadu ma fehemx jew ma jridx jifhem għall-iskopijiet tiegħu li t-tariffi tad-dawl u l-ilma minflok is-sistema tas-surcharge huma marbuta ma’ numru ta’ prinċipji li ġew ippubblikati fir-rapporti kkummissjonati mill-Gvern fix-xhur li għaddew, u li ngħataw kemm lill-Partit Laburista kif ukoll lill-imsieħba soċjali kollha. |
| Għaldaqstant, l-akkuża ta’ l-Oppożizzjoni | fil-konfront tal-Gvern hi bla bażi minħabba li l-Gvern permezz tas-sistema tat-tariffi daħħal aktar ġustizzja soċjali billi s-sussidju fil-konsum tad-dawl u l-ilma qiegħed jingħata biss lil min għandu bżonn l-għajnuna, li għall-bqija tal-konsumaturi issa kulħadd qiegħed iħallas għal dak li qiegħed jikkonsma u l-Korporazzjoni Enemalta issa qiegħda tiġbor l-ispejjeż kollha li qed tagħmel u mhux tirrikorri għand il-Gvern biex permezz tat-taxxi miġbura minn flus il-poplu jagħti sussidju biex tagħmel tajjeb għall-ispiża. |
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għandu memorja qasira. Joseph Muscat nesa li l-Gvern wara l-proċess ta’ konsultazzjoni fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, ippreżenta reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma billi dawn saru orħos minn dak li kien propost oriġinarjament hekk kif itteħed riskju kalkulat fl-isfond ta’ tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt. Barra minhekk, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għadu ma fehemx li l-fuel cost inkluż fil-mudell li ntuża biex tfasslu t-tariffi m’hux ibbażat fuq il-prezz tal-fuel oil u tal-gas oil kif kien fl-1 ta’ Ottubru li għadda iżda fuq l-istima li għamel il-Gvern fuq il-prezz taż-żejt għas-sena 2009. Allura l-argument li l-prezz ta’ l-elettriku għandu jorħos għax iż-żejt m’hux maħdum raħas b’aktar minn 15% ma jreġix. Il-Gvern naqqas l-istima tal-prezz taż-żejt qabel daħħal it-tariffi u l-ispiża taż-żejt għall-2009 għad ma raħsitx bil-mod li Joseph Muscat qed jgħid li qed jimmaġina.
| Il-Gvern jistqarr, la darba issa bdew ħerġin | il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, dawn hu ferm orħos minn dawk li kieku l-konsumatur qiegħed iħallas, kieku l-Gvern żamm is-surcharge. Li kieku nżammet is-surcharge, din kieNet tammonta għal 190% fl-1 ta’ Ottubru li għadda minħabba li f’din id-data konna se nkunu se nħallsu għall-fuel oil li kien importat bejn Lulju u Settembru, meta dak iż-żmien il-prezz taż-żejt kien f’livelli rekord. Il-Gvern iffakkar, u tajjeb li jifhem dan il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li l-konsumatur qatt ma talab iħallas għal dawn il-prezzijiet għolja, iżda minflok intervjena l-Gvern billi ssussidja lill-Enemalta. |
| Il-Gvern itenni li bl-introduzzjoni ta’ qafas | ġdid fil-mod kif tfasslu t-tariffi tad-dawl u l-ilma, kull sitt xhur isir eżerċizzju biex jiġi evalwat kif l-ispejjeż li attwalment nefqet l-Enemalta fix-xiri taż-żejt għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku jirrelata ma’ l-istima li t-tariffi preżenti huma bbażati fuqha. Hija fuq din il-bażi li ssir talba lir-regoaltur biex it-tariffi jiċċaqalqu skont il-ħtieġa. |
| Il-Gvern ifakkar ukoll lill-Kap ta’ | l-Oppożizzjoni li t-tariffi l-ġodda kienu approvati mir-Regolatur u kienu vverifikati li huma tajbin minn analisti indipendenti minn dawk li kien qabbad il-Gvern. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984