Left arrow Go Back

IMNEDIJA POLITIKA U STRATEĠIJA GĦALL-KISBA TA’ ĦILIET BAŻIĊI

PR0122
Date Icon 27/01/2009
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina dalgħodu nidiet politika u strateġija għall-kisba tal-kompetenzi bażiċi, immirata lejn it-tfal fil-livell primarju u maħsuba biex it-tfal kollha jiksbu l-ħiliet bażiċi fil-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-Computer sakemm għadhom fil-livell primarju tal-edukazzjoni.
Il-Ministru qalet likull darba li nitkellmu dwar l-Edukazzjoni nagħmlu riferenza għall-Aġenda ta’ Lisbona u l-ħtieġa li jikber in-numru ta’ dawk li jibqgħu jistudjaw anke wara l-edukazzjoni obbligatorja.  Għalkemm fl-aħħar snin dan in-numru kompla jikber, għad fadal ħafna xi jsir biex nilħqu dik il-mira.
Il-policyli kienet varata l-lum għandha tkompli tgħin biex nersqu lejn dik il-mira.  Sal-lum għad għandna numru ta’ tfal li jispiċċaw mill-iskola fl-età ta’ 16-il sena u sfortunatament ma jkunux għadhom kisbu l-ħiliet bażiċi u allura żgur li mhux se jkomplu bl-istudji tagħhom. Il-Ministru qablet mad-Direttur Ġenerali responsabbli għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni Grace Grima, li dan l-istat ta’ fatt hu immorali.
Dinil-policy se tgħin biex ikun assigurat li meta jispiċċaw mill-iskola, it-tfal kollha jkunu kisbu l-ħiliet bażiċi.
Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008 ħeġġeġlill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni konkreta bi tliet miri ewlenin:

·        Inaqqsu sostanzjalment in-numru ta’ dawk li ma jistgħux jaqraw sew u jnaqqsu wkoll in-numru ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni;

·        Itejbu l-livelli ta’ kisbiet f’persuni ġejjin minn gruppi żvantaġġjati; u

·        Jiffukaw fuq il-ħiliet bażiċi tal-qari, il-matematika u x-xjenza.

Għal dan l-iskop, il-Ministeruinkariga lid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni biex joħloq Grupp ħalli jifformula Politika u Strateġija Nazzjonali li tassigura li fl-ewwel snin tal-iskola, jiġifieri sakemm jaslu fit-tielet klassi tal-primarja, it-tfal kollha jkunu kisbu ħiliet fi tliet oqsma importanti li huma: it-tagħlim tal-Malti u l-Ingliż; it-tagħlim tal-użu tal-computers u s-somom.  Inħatar grupp ieħor biex ifassal strateġija dwar it-tagħlim tax-xjenza.
Il-miri ta’ danil-grupp kienu li: jassigura li sa tmiem l-iskola primarja, it-tfal kollha jkunu kisbu u jkunu kapaċi jħaddmu l-ħiliet ewlenin skond il-potenzjal kollu tagħhom;
Għal dan l-iskopgħandhom ikunu żviluppati politika u strateġija nazzjonali għall-kisba ta’ dawn il-komnpetenzi bażiċi sa tmiem it-tielet sena tal-primarja u biex jekk u meta jkun hemm bżonn ikun hemm interventi biex it-tfal kollha jkunu kapaċi jaċċessaw il-kurrikulu kollu u jibqgħu jitgħallmu tul ħajjithom.
Il-Ministru Cristinasostniet li biex din il-politika tirnexxi hemm bżonn il-kooperazzjoni ta’ kulħadd – għalliema, ġenituri, tfal u amministraturi.  Jekk xi waħda minn dawn il-ħoloq f’din il-katina ma tkunx hemm, allura l-iskop se jkun diffiċli li jintlaħaq.
Jekk majirnexxielnix nagħtu lit-tfal tagħna l-ħiliet l-aktar bażiċi meta jkunu għadhom f’età żgħira, dawn żgur li se jsibu diffikultajiet aktar ‘il quddiem f’ħajjithom. Min-naħa l-oħra jekk din il-politika tirnexxi nkunu qed niggarantixxu lit-tfal tagħna futur mill-aqwa.
Il-Ministeru ud-Direttorati tal-Edukazzjoni huma impenjati li jtejbu l-kwalità tat-tagħlim li jingħata fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla.  Irridu li s-sistema edukattiva tagħna, mill-ewwel snin sakemm wieħed jiddeċiedi li jkompli jistudja, imqar tul ħajtu kollha, tkun tal-aqwa kwalità.
Bil-politika li qedtitnieda l-lum biex ikun assigurat li t-tfal kollha tagħna jiksbu il-ħiliet bażiċi qed inpoġġu l-pedamenti tas-sistema edukattiva fis-sod.  Dan għandu jgħin ukoll biex nilħqu l-mira li poġġejna bħala pajjiż li sas-sena 2015 insiru Ċentru ta’ Eċċellenza fil-Qasam Edukattiv.
Għat-tnedija ta’ dinir-riforma kienu preżenti s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Frans Borg, id-Diretturi Ġenerali Micheline Sciberras u Grace Grima, Diretturi fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Prinċipali tal-Kulleġġ, u l-kapijiet kollha tal-iskejjel primarji tal-Istat, tal-Knisja u dawk Privati.  Waqt din it-tnedija tkellmu wkoll Dr. Grace Grima, is-Sur Sandro Spiteri li mexxa l-grupp li fformula din il-policy, Dr. Christine Firman, membru tal-istess grupp u s-Sur Charles Camilleri li ħoloq programm komputerizzat biex jgħin fl-implimentazzjoni ta’ din il-politika.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow