L-EWWEL RIŻULTATI TAD-DIRECT ACTION OPERATION - DERELICTS ON SITE EXERCISE (DOSE)
| Id-Direct Action | Operation fuq Derelicts on Site ġiet ko-ordinata mis-Segretarjat għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, mal-MEPA, mal-Kunsilli Lokali rispettivi, mal-Pulizija u mal-Gwardjani Lokali. Biex seta’ jibda x-xogħol, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali talab lill-Kunsilli Lokali kollha biex jibgħatu ritratti u site-plan ta’ kull fejn fil-lokalita’ tagħhom, hemm vetturi jew oġġetti kbar tal-metall abbandunati, kemm fil-kampanja kif ukoll f’toroq residenzjali, anki jekk f’art b’titlu privat. |
| It-tieni pass kien | li twaqqaf Task Force bejn dawk kollha li kienu qed jagħtu s-sehem tagħhom, immexxi mis-Segretarjat. Inħarġet sejħa għas-servizzi ta’ kuntrattur li jkun f’pożizzjoni mhux biss li jiġbor il-materjal, imma wkoll li jaħżnu f’post liċenzjat għaż-żmien sakemm ikun jista’ jintbagħat barra għar-riċiklar. |
| Din l-azzjoni qed | issir a bażi tal-provedimenti fil-liġi tal-MEPA li tirregolarizza l-użu tal-art. Il-proċess jibda billi jitwaħħlu call letters u enforcement notices, li f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni fiż-żmien stipulat, il-MEPA tkun tista’ tieħu azzjoni diretta fuq is-sit. Peress li l-metall li qed jinġabar għandu valur meta jiġi esportat għar-riċiklar, l-ispejjeż ta’ din l-operazzjoni qed jiġu mnaqqsa mhux ftit mill-iskart innifsu. Dan huwa każ ieħor ta’ kif l-iskart qiegħed iħalli l-qligħ, billi jħallas in parti għat-tindif tiegħu stess, li jfisser it-tisbiħ tal-pajjiż. |
| Huwa fatt ta’ min | jinnotah, illi malli bdiet l-operazzjoni fil-lokalitajiet fejn ħdimna, numru sostanzjali ta’ sidien li kienu nfurmati permezz tal-call letter, għarfu li kien jaqblilhom li jnaddfu dan il-materjal u b’hekk ikunu huma stess li jbiegħu l-materjal lil xi wieħed mill-operaturi liċenzjati li hawn f’pajjiżna. |
| Permezz ta’ din | l-inizjattiva, il-Gvern qed jibgħat messaġġ ċar li qed tittieħed azzjoni konġunta biex żoni urbani u rurali fil-lokalitajiet tagħna, jitnaddfu minn dan l-ingombru li ilu jakkumula għal zmien twil. Il-pjan huwa li x-xogħol jibqa’ għaddej fil-lokalitajiet kollha biex nassiguraw li fi żmien erba’ xhur inkunu ġbarna dawn l-oġġetti kollha li qed iħallu impatt negattiv fuq l-ambjent ta’ madwarna. |
Il-pubbliku jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu ukoll billi jirrapporta vetturi u oġġetti oħra tal-metall abbandunati. Dan jista’ jsir fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali, jew billi wieħed iċempel fuq in-numri 23605104 / 80076608, jew fuq l-emailpdi.opm@gov.mt
| Kumment tas-Segretarju | Parlamentari, l-Onor. Chris Said - Dan l-eżerċizzju huwa wieħed wiesgħa ħafna li l-mira tiegħu hija ambizzjuża, imma realistika. L-ammonti kbar ta’ materjal li ilhom ikerrħu l-kampanja u l-bliet u rħula tagħna mhux biss iridu jitneħħew, imma jridu jissarrfu f’valur ekonomiku għal min jieħu l-inizjattiva li jnaddaf artu stess. Din l-inizjattiva tiġbor il-kunċett ta’ attivita’ sostenibbli f’qafas wieħed. Minnha jista’ jgawdi kulħadd, kemm min inaddaf kif ukoll ir-residenti u min iżurna bħala turist. Ir-riżultati wrew li malli ntweriet rieda bis-serjeta’ biex dan l-ingombru ambjentali jitneħħa, il-pubbliku fehem mill-ewwel u pparteċipa. |
| Kumment taċ-Chairman | tal-MEPA, is-Sur Austin Walker |
| Ic-Chairman | tal-MEPA Austin Walker qal li l-Awtorita’ telqet b’din l-azzjoni diretta sabiex tnaddaf il-kampanja Maltija mill-pjaga ta’ materjal mormi illegalment. Austin Walker qal li inizjattiva bħal din hija possibbli biss permezz ta’ sforz koordinat minn numru ta’ entitajiet pubbliċi u dawn l-entitajiet huma determinati li jneħħu darba għal dejjem dak li qed iħassar il-kampanja tagħna u jwaqqa’ l-prodott turistiku. |
| Austin Walker qal | ukoll li pajjiżna jixraqlu aħjar u biex l-inizjattiva tkun suċċess hemm bżonn il-koperazzjoni ta’ kulħadd inkluż il-pubbliku. Huwa għalaq billi qal li minbarra li nnadfu l-kampanja tagħna mill-illegalitajiet, irridu wkoll nevitaw li nkomplu nitilfu l-biodiversità tagħha. |
Riżultati sa issa - Sa issa, l-inizjattiva inbdiet f’32[1] lokalità madwar Malta (26) u Għawdex (6) u qiegħda f’fazijiet differenti. Aparti li hemm bosta lokalitajiet li għadhom fi proċess ta’ investigazzjoni, s’issa l-MEPA identifikaw 204 sit ġdid; 164 f’Malta u 40 f’Għawdex, fejn qed jitwaħħlu l-call letters u l-avviżi ta’ nfurzar.
· Fil-Mellieħa, fejn il-proċess kollu twettaq bħala proġett pilota, minn 41 sit, 30 sit tnaddfu mis-sidien stess. L-oħrajn tnaddfu mit-team konġunt ta’ Direct Action (DAT), f’xi każi anki bl-għajnuna u l-koperazzjoni tas-sidien. Huwa stmat li s’issa tneħħew iktar minn 200 tunnellata mis-sidien infushom, filwaqt li d-DAT ġabar iktar minn 40 tunnellata. Flimkien ma’ dan l-ammont, id-Dipartiment tal-Indafa Pubblika ġabar ’il fuq minn 25 tunnellata ta’ skart li kienu fis-siti identifikati mill-MEPA.
· Fiż-Żurrieq kien hemm 36 sit identifikat, li minnhom 32 kienu mnaddfa mis-sidien stess meta nħareġ l-avviż mill-MEPA.
· F’Għawdex, beda ix-xogħol fix-Xagħra, Qala u Nadur, fejn diġà qed jidher li minkejja d-diffikultà li l-materjal irid jinġarr sa Malta, peress li m’hemmx operatur liċenzjat bħala scrapyard, xorta kien hemm reazzjoni tas-sidien li bdew jiżbarazzaw is-siti huma stess.
[1]Malta (26): Marsascala, Mellieħa, San Pawl, Mġarr, Qrendi, Rabat, Safi, Kirkop, Xgħajra, Żabbar, Żurrieq, Mqabba, Birżebbuġia, Marsaxlokk, Qormi, Żebbuġ, Gudja, Luqa, Attard, B’Kara, Iklin, Kottonera, Kalkara, Valletta, Floriana u Siġġiewi. Għawdex (6): Qala, Nadur, Xagħra, Xewkija, Għajnsielem u Sannat.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984