DISKORS MILL-E.T. DOTT. EDWARD FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA WAQT PRANZU UFFIĊJALI MOGĦTI MILL-E.T. IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA U S-SINJURA KACZYŃSKA – VARSAVJA, IL-POLONJA - IT-TNEJN, 26 TA’ JANNAR 2009.
| Sur President, | Eċċellenzi, Mistednin distinti, |
| Huwa ta’ unur u pjaċir għalija li qed inżur | il-Polonja fuq Żjara Uffiċjali. Nixtieq nirringrazzjakom għall-merħba u ospitalità sinċiera li tajtu lil marti, lili u lid-delegazzjoni tiegħi. |
| F’Ottubru tal-2002, il-predeċessur tiegħi, | il-President Emeritus Prof. Guido de Marco, żar il-Polonja fuq Żjara Statali u ltaqa’ mal-President ta’ qabel Aleksander Kwasniewski, li wkoll f’Marzu tal-2004 għamel żjara f’Malta. |
| Is-sena l-oħra kelli l-pjaċir li niltaqa’ | f’Malta ma’ dak li qabel kien mexxej ta’ Solidarjetà u President tar-Repubblika tal-Polonja Lech Walesa. |
| Għandi l-pjaċir li qiegħed hawn magħkom illum | biex naqsmu fehmitna fuq ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna, fuq postna fl-Ewropa u fid-dinja, u t-tamiet tagħna għall-futur. |
Sur President,
| Malta qed taħdem dejjem | aktar biex iżżid ir-relazzjonijiet tagħha mar-Repubblika tal-Polonja. Is-sena l-oħra ttieħdet deċiżjoni politika li tiftaħ ambaxxata f’Varsavja biex tippromwovi aktar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Kien biss ftit tal-jiem ilu li l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Polonja ppreżentalek il-kredenzjali tiegħu. |
| Ir-relazzjonijiet | bilaterali bejn il-Polonja u Malta huma sodisfaċenti. Aħna nikkoperaw fuq materji li jirrigwardaw Tassazzjoni Doppja, Servizzi bl-Ajru, u Kura tas-Saħħa. Intlaħaq ukoll Ftehim Kulturali. |
| Innotajt b’sodisfazzjon it-tkabbir ta’ aktar | rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna. Fl-2007, twaqqfet is-Soċjetà ta’ Ħbiberija Maltija-Pollakka minn tliet ċittadini Pollakki residenti f’Malta. Se nipprovdu lil din is-Soċjetà l-appoġġ kollu li nistgħu nagħtuha biex tinxtered aktar informazzjoni siewja dwar il-ħajja fiż-żewġ pajjiżi tagħna. |
| Fl-okkażjoni | tas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali 2008, l-Ambaxxatur is-Sur Jerzy Chmielewski inawgura wirja msejħa “A Commonwealth of Diverse Cultures – Poland’s Heritage”. Nesprimi l-apprezzament tiegħi għal dawk kollha li kienu involuti fil-ħolqien tas-Soċjetà ta’ Ħbiberija u fl-attività kulturali. |
| Sur | President, |
| Sħubija fl-Unjoni Ewropea tipprovdi | kollaborazzjoni akbar fil-ħidmiet kollha tal-Unjoni, fi spirtu ta’ rispett reċiproku u fuq bażi tal-prinċipji ta’ solidarjetà u sħubija ugwali. Iż-żewġ pajjiżi tagħna qed ifittxu li jikkontribwixxu għall-bini ta’ Unjoni Ewropea li tkun aktar siewja għall-Istati Membri kollha u ċ-ċittadini tagħhom. |
| Is-sena | l-oħra Malta ssieħbet maż-żona ewro. Meta nħares lura, għandi sodisfazzjon kbir bit-transizzjoni bla skossi li kellna għall-munita l-ġdida u l-adozzjoni tagħna tar-regoli finanzjarji tas-Sistema Monetarja Ewropea. Din qed tagħtina sens ta’ protezzjoni mill-kriżi finanzjarja kolossali li prattikament qed tinfirex mad-dinja kollha. Nifhem, Sur President, li l-pajjiż tagħkom ukoll adotta pjanijiet biex jissieħeb mas-Sistema Monetarja Ewropea fil-futur qarib. Nawgura lill-gvern tiegħek suċċess biex jilħaq il-kriterji ta’ konverġenza ekonomika u biex jikseb aktar benefiċċji mis-sħubija tal-Unjoni Ewropea. |
| Bħala riżultat tad-dħul tagħna fl-Unjoni | Ewropea, l-ekonomiji tagħna kellhom jagħmlu aġġustamenti meta sabu ma’ wiċċhom bidliet fil-vantaġġi kompetittivi li kellna fil-passat. Il-gvernijiet tagħna stinkaw bis-sħiħ biex jerġgħu jfasslu l-iżvilupp ekonomiku tagħna fuq wieħed ibbażat fuq l-esportazzjoni, l-investiment privat u l-iżvilupp fis-settur tat-teknoloġija avvanzata. |
| L-isħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea kellha ftit | tal-impatt fuq l-istatistika kummerċjali li tindika li l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna żdied minn 5 miljun ewro fl-2003 għal 27 miljun ewro s-sena l-oħra. Il-parteċipazzjoni fil-fieri kummerċjali internazzjonali rispettivi tal-pajjiżi tagħna tista’ tgħin aktar biex tippromwovi skambji kummerċjali. |
| Delegazzjoni ta’ negozjanti Maltin qed | takkumpanjani biex nesploraw opportunitajiet ta’ negozju fil-Polonja, partikolarment fis-settur tal-ICT, prodotti tal-ikel, prodotti farmaċewtiċi, ivvjaġġar u kostruzzjoni. |
| Ninkuraġġixxi | lin-negozjanti Pollakki li jridu jinvestu barra pajjiżhom biex jiflu sewwa wħud mis-setturi ekonomiċi tagħna. Aħna żviluppajna pożizzjonijiet kompetittivi ħafna fl-oqsma ta’ servizzi finanzjarji, is-settur marittimu, prodotti farmaċewtiċi u tagħmir mediku, teknoloġija tal-informazzjoni u telekomunikazzjoni u fit-tagħlim tal-Ingliż bħala lingwa barranija fost oħrajn. |
Sur President,
Għada, is-27 ta’ Jannar 2009, huwa l-erbgħa u sittin anniversarju tal-liberazzjoni ta’ dak li l-Kumitat tal-Patrimonju Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti uffiċjalment isejjaħ il-Kamp ta’ Konċentrament u Sterminju tan-Nażisti Ġermaniżi f’Auschwitz Birkenau (1940-1945). Auschwitz Birkenau huwa simbolu ta’ terrur u ta’ dak li jiena nsejjaħlu bħala “dak li l-bniedem m’għandux ikun u dak li m’għandux jagħmel”.
Huwa stmat li madwar miljun u nofs ruħ inqatlu inklużi Lhud, Pollakki u priġunieri ta’ diversi nazzjonalitajiet oħra. Din hija okkażjoni għalina lkoll biex niftakru u nikkundannaw it-terruri li seħħew f’Auschwitz u f’kampijiet oħra ta’ konċentrament u l-vittimizzazzjoni ta’ popli fuq bażi ta’ razza, etniċità, reliġjon, klassifikazzjoni soċjali u politika.
| Għada, se mmur | f’Auschwitz u nerġa’ nfakkar dawn il-ġrajjiet storiċi. |
| Sur | President, |
| Jien nemmen li | l-ħbiberija u l-fiduċja li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna se jkomplu jissaħħu fis-snin li ġejjin. |
| B’dawn il-ħsibijiet u waqt li nirringrazzjakom | mill-ġdid tal-ospitalità tagħkom, ippermettuli nerfa’ t-tazza ad unur tiegħek, Sur President, Sinjura Kaczyńska u b’xewqat ta’ risq u l-prosperità għaż-żewġ pajjiżi tagħna u għas-saħħa u l-kuntentizza taż-żewġ Popli tagħna. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984