Left arrow Go Back

FTEHIM BEJN IL-GVERN U L-FONDAZZJONI WIRT ARTNA JISSARRAF FIT-TNEDIJA TAL-EWWEL PROĠETT GĦAR-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR

PR0114
Date Icon 26/01/2009
Fi ftit żmien ieħor għandu jkuninawgurat l-ewwel Heritage Park li se jkopri aktar minn ħamest elef metru kwadru ta’ bini storiku fil-parti ta’ fuq tal-belt Valletta u li se jitmexxa mill-Fondazzjoni Wirt Artna.
Il-ħidma inter-ministerjali lisaret fl-aħħar sena bejn il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport kif ukoll is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u l-Artijiet waslet biex illum sar l-iffirmar tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern, permezz tas-Supretendenza tal-Wirt Storiku, għadda lill-Fondazzjoni Wirt Artna biex tirriabilita u tmexxi mal-5,112-il metru kwadru ta’ bini storiku.
Il-Gvern għadda f’idejnil-Fondazzjoni Wirt Artna erba’ binjiet li se jkunu qegħdin jiffurmaw Heritage Park fl-inħawi tal-Barrakka ta’ Fuq u l-foss ta’ madwar il-Belt Valletta. Dan il-park li se jsir xogħol fuqu mill-Fondazzjoni Wirt Artna se jkun jinkludi l-Batterija tas-Salut, il-Kripta tal-Knisja Militari, il-Kwartier Ġenerali tas-Servizzi Ingliżi, il-War Rooms tan-NATO flimkien ma’ għadd ta’ mini u xelters kif ukoll l-KontraGuardia ta’ San Pietru u San Pawl.
Il-Ministrugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni Austin Gatt fisser li dan hu l-ewwel proġett li jagħmel parti minn sensiela ta’ inizjattivi għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Hu semma kif proġett bħal dan se jintegra ma’ proġetti oħra fosthom il-bini tal-pont tal-breakwater, fejn il-proċess tax-xogħol li jrid isir diġa’ tressaq quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, u l-bini mill-ġdid tal-lift vertikali li jorbot ukoll mal-proġett sħiħ tad-daħla ta’ Bieb il-Belt. Inizjattivi oħra li semma l-Ministru Gatt huma li, fix-xhur li ġejjin se jkun tfassal pjan ta’ ħidma li jkun irid jitwettaq għall-Forti Sant Iermu; ix-xahar id-dieħel se jkunu preżentati l-pjani għall-Menqa tal-Marsa kif ukoll l-istudji u r-rapport marbuta maż-żieda fl-irmiġġ ta’ jottijiet li tant huma meħtieġa.
Il-Ministru Austin Gatt irreferagħan-negozjati li saru mal-Fondazzjoni Wirt Artna u qal li l-Gvern ried ikun ċert li dan il-proġett mhux biss ikun sostenibbli iżda jkun f’pożizzjoni li jsostni proġetti oħra kulturali u ta’ wirt storiku.
Dwar dan tkellmet ukollil-Ministru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport Dolores Cristina li sostniet li fil-pajjiż tant hawn siti storiċi u kulturali, li l-Gvern irid isieħeb miegħu organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu f’dan il-qasam biex imexxu dawn il-postijiet. Il-Ministru Dolores Cristina ħabbret li l-Ministeru tagħha kien ippreżentat mill-aġenzija Heritage Malta b’lista ta’ 50 sit storiku u kulturali li fihom jeħtieġ isir ħafna xogħol. Qalet li l-Gvern fi ħsiebu jistieden għaqdiet volontarji li huma impenjati fil-qasam tal-wirt kulturali biex jgħinu sabiex dawn il-postijiet ikunu riabilitati u mmaniġjati kif sar fl-imgħoddi.
Il-Ministru Dolores Cristinaqalet li l-proġett li se tkun qed tmexxi l-Fondazzjoni Wirt Artna, għandu jkun ta’ attrazzjoni mill-isbaħ biex jitgawda kemm mill-Maltin kif ukoll it-turisti, u jkomplu jgħinu biex tingħata ħajja ġdida lill-Belt.  Dan għandu joffru wkoll opportunita’ biex l-istudenti tagħna jżuruh u jsiru jafu aktar l-istorja ta’ pajjiżna.
F’din iċ-ċerimonja ħa sehemukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi.  Hu qal li b’dan il-ftehim, il-Gvern għadda l-akbar art li qatt ġiet trasferita lil għaqda volontarja f’dikjarazzjoni qawwija tal-Gvern favur il-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet. Din l-inizjattiva hija biss l-aħħar minn sensiela, li d-Dipartiment tal-Artijiet wettaq fl-aħħar xhur sabiex proprjetà pubblika tingħata għal proġetti li l-iskop tagħhom ikun li jiżdied il-valur, u jinħoloq ġid li minnu tgawdi l-komunità.
Is-Segretarju Parlamentari JasonAzzopardi qal li l-Fondazzjoni Wirt Artna diġà ġiet fdata mid-Dipartiment tal-Artijiet bit-Torri ta’ Sant Tumas f’Wied il-Għajn - proġett ambizzjuż, li miexi b’ritmu tajjeb ferm, u li daqt ser jibda jilqa’ fih il-pubbliku.
Is-Segretarju Parlamentari JasonAzzopardi żied li dan il-proġett ambizzjuż li se jkun mifrux f’diversi fażijiet hu konferma tal-fiduċja li teżisti fil-viżjoni tal-Gvern għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

.../pr0114.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow