Left arrow Go Back

WIRJA PAWLINA F’GĦAWDEX

PR0113
Date Icon 26/01/2009
Xogħlijiet artistiċi ta’Domenico Cagini, Alessandro Algardi, Giuseppe Cali’, Willie Apap u Esprit Barthet huma wħud fost in-numru ta’ xogħlijiet li jitrattaw il-figura u episodji mill-ħajja ta’ San Pawl, li qegħdin għall-wiri fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex.
Il-wirja ‘San Pawl – Fidi uIkonografija’ qed tiġi organizzata mill-Kummissjoni ta’ l-Arti Sagra tad-Djoċesi ta’ Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina.
Nhar is-Sibt filgħaxija,il-President ta’ Malta l-E.T. Dr Edward Fenech Adami inawgura din il-wirja li ġiet imbierka mill-E.T. Mons Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono u l-E.T. Mons Tommaso Caputo Nunzju Apostoliku għal Malta.
Il-wirja tinkludi diversixogħlijiet mill-Mużew ta’ l-Arkeoloġija ta’ Għawdex, mill-Mużew Wignacourt, minn diversi knejjes f’Għawdex kif ukoll minn numru ta’ kollezzjonijiet privati. Ix-xogħlijiet jinkludu 22 biċċa pittura, numru ta’ abbozzi għal pitturi li saru fi knejjes f’Għawdex u f’Malta, statwi, skulturi, inċiżjonijiet, kotba u oġġetti tal-fidda. Fost l-esibiti l-aktar importanti hemm riljev fil-ġebel tas-Seklu 12, ħawt tal-magħmudija magħmul mill-isqalli Domenico Cagini fl-1474, riljev fil-bronż ta’ Alessandro Algardi kif ukoll il-pittura tan-Nawfraġju ta’ San Pawl xogħol l-artist Malti Willie Apap li saret fl-1960 u li ngħatat rigal mill-Gvern Malti lill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-okkażjoni ta’ l-ewwel żjara tiegħu fil-gżejjer Maltin fl-1990.
Il-wirja tiftaħ kuljum bejnit-8.30am u l-4.30pm kif ukoll nhar ta’ Sibt u Ħadd mid-9.00am sa nofsinhar. Nhar l-10 ta’ Frar, btala pubblika u festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, il-wirja tkun miftuħa wkoll mid-9.00a.m. sa nofsinhar. Id-dħul huwa b’xejn. Il-Wirja se ddum miftuħa sa l-14 ta’ Frar 2009.
Għall-okkażjoni ġie stampatkatalgu bix-xogħlijiet esibiti flimkien ma’ studju ta’ Mark Sagona, li jista’ jinkiseb mill-istess sala tal-wirjiet fil-Ministeru għal Għawdex.
Sa dan it-tant, il-Ministru għalGħawdex l-Onor Giovanna Debono, inawgurat wirja ta’ ritratti antiki u oħrajn aktar riċenti tal-bajja ta’ Marsalforn. Din il-wirja ġiet mtella’ bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għad unur il-Konverżjoni ta’ San Pawl bħala parti mis-sena Pawlina fil-knisja ta’ Marsalforn Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow