IL-PREMJU FAMILJA QALB TAD-DEHEB F’GĦAWDEX JASAL FIT-38 EDIZZJONI
PR0112
26/01/2009
| Il-Moviment ta’ Kana f’Għawdex ta’ kull sena | jorganizza serata fejn fiha familja Għawdxija tiġi ppremjata bil-Premju Familja Qalb tad-Deheb. L-għan ta’ dan il-premju huwa li jwassal messaġġ permezz ta’ familji li jibqgħu magħqudin minkejja diffikultajiet kbar li jiltaqgħu magħhom. Dan hu wkoll il-każ tal-familja Saliba minn Għajnsielem, li ġiet mogħtija dan il-Premju għal din is-sena. |
| Il-Premju Familja Qalb tad-Deheb ilu jingħata | għal dawn l-aħħar tmienja u tletin sena. Waqt ċerimonja li ġiet mtellgħa f’lukanda ewlenija f’Għawdex, l-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta’ Malta, Dr Edward Fenech Adami, ippreżenta s-shield lir-rebbieħa ta’ din is-sena. Din is-shield tinżamm għal sena mill-familja rebbieħa biex imbagħad terġa’ tingħata lir-rebbieħa tas-sena ta’ wara. L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex ippreżentat ukoll rigal ta’ tifkira filwaqt li ġew mogħtija rigali oħra li jingħataw minn kumpaniji privati li jissponsorjaw din l-attivita’. L-Eċċellenza tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex kien ukoll preżenti għal din l-attivita’. |
| Il-familja rebbieħa tiġi magħżula minn fost | numru ta’ familji nominati minn diversi entitajiet, fosthom Kunsilli Lokali u gruppi mhux governattivi Għawdxin. Il-kumitat imwaqqaf apposta fi ħdan il-Moviment ta’ Kana f’Għawdex, jevalwa dawn in-nominazzjonijiet u jistabbilixxi l-familja li għandha tingħata l-premju, skont numru ta’ kriterji li jilħqu l-iskop li għalih twaqqaf il-Premju Familja Qalb tad-Deheb. Il-President ta’ dan il-kumitat, in-Nutar Paul George Pisani, spjega dawn il-kriterji f’rapport li qara waqt din l-attivita’. Tkellem ukoll Mons. George Borg, direttur tal-Moviment ta’ Kana f’Għawdex. |
| Il-familja Saliba għarfet tgħix | magħquda minkejja problemi li kella tiffaċċja. Mhux hekk biss, iżda membri tagħha huma membri attivi fi gruppi volontarji u huma strumentali f’għajnuna u sostenn li dawn jagħtu lil persuni u familji li għandhom diffikultajiet simili. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984