PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR JOSEPH CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA, WAQT L-INAUGURAZZJONI MILL-GDID TAL-BLOOD DONATION MOBILE UNIT – NAXXAR – 26/01/ 2009
PR0109
26/01/2009
| Matul is-sena li għaddiet, | kważi 15,000 persuna taw id-demm jew prodott tad-demm. Fost dawn, minkejja li l-Mobile Unit ma kinitx qed tiffunzjona, kien hemm 206 blooddrive li fihom inġabru 3,124 unit ta’ demm. Fis-sena 2008 jiġifieri, kien hemm żieda ta’ 1663 li marru biex jagħtu d-demm, u żieda ta’ 685 għotja ta’ demm. Dan kollu sar grazzi għall-inkarigu li ħadu l-ħaddiema li jaħdmu fic-Ċentru għat-Trasfużjoni tad-Demm u għal numru żgħir ta’ voluntiera. |
| Il-Mobile Unit issa huwa lest biex jibda | jirċievi d-donaturi fl-irħula u l-ibliet u ghalhekk se nkunu aktar qrib il-komunita’ biex inħeġġu aktar għotjiet tad-demm ….ir-rigal tal-ħajja. |
| Bħalma tħabbar fil-budget | għal din is-sena, il-Gvern se jkun qed jibni ċentru ġdid għat-trasfużjoni u bank tad-demm f’Ħ’ Attard, viċin l-isptar Monte Carmeli. Il-budget għal din is-sena għal dan il-proġett huwa ta’ 2.5 miljun ewro. |
| Is-sit ta’ dan il-proġett | kien identifika, id-disinn tlesta u saret ukoll l-applikazzjoni għand il-MEPA. Issa jmiss li joħroġ il-permess tal-MEPA, tingħata t-tender u jibda x-xogħol. Bejn din is-sena u s-sena d-dieħla jrid ikollna dan is-servizz skont dak li tesiġi l-Unjoni Ewropea. |
| Barra minn hekk qed isir | sforz biex aktar infermiera u professjonisti oħra jaħdmu f’dan il-qasam. |
| Nixtieq nirringrazzja | lill-kumpanija GO li fehmu l-bżonn ta’ dan il-Mobile Unit biex jinġabar aktar demm li hu r-rigal tal-ħajja. Din il-kumpanija fehmet li f’dan il-pajjiż kulħadd hu fid-dover li jagħti s-sehem tiegħu fis-servizzi lis-soċjeta’ u mhux kollox nistennew mill-Gvern. |
| Grazzi għal dan il-proġett ta’ | manutenzjoni, barra li se jiżdied l-istandard ta’ kif jinġabar u jinġarr id-demm, issa nistgħu naslu nilħqu l-15,500 għotja….numru kbir imma ħdejn l-ammont ta’ demm li jkun hemm bżonn ta’ kuljum dawn huwa ftit. |
| Nixtieq nirringrazzja wkoll | lil Dr. Alex Aquilina, Direttur taċ-Centru għat-Trasfużjoni tad-Demm, u lit-tim tieghu ta’ 60 persuna, li jagħmlu xogħol impekkabbli u bil-qalb. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984