Left arrow Go Back

AKTAR ENERĠIJA NADIFA MILL-ISKART – IMNIEHDI L-PROĊESS TA’ STIMA AMBJENTALI STRATEĠIKA

PR0105
Date Icon 24/01/2009
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralibeda il-proċess ta’ Stima Ambjentali Strategika (SEA – Strategic Environmental Assessment) fuq l-ewwel Revizjoni tal-Strateġija Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar ta’ l-Iskart Solidu f’pajjiżna li ġiet imnhedija l-bieraħ.  Dan il-proċess jikkonsisti kemm f’konsultazzjoni pubblika fuq din l-istrateġija kif ukoll fi studju tal-effetti ambjentali li joħorġu mill-istrateġija.
Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoniillum saret laqgħa ma’ rapprezentanti ta’ Għaqdiet Volontarji Ambjentali bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li se jdum għaddej għal tmien ġimgħat.  Matul il-laqgħa, li għaliha attenda wkoll il-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, saret prezentazzjoni dwar ir-revizjoni tal-istrateġija u kien hemm diskussjoni dwar l-istess strateġija.
Il-MinistruPullicino, kif ukoll uffiċjali mill-Kumitat tekniku li għenu fit-tfassil tar-revizjoni u uffiċjali tal-WasteServ, spejgaw fid-dettal il-punti saljenti tar-revizjoni fosthom il-proposta għall-bini ta’ zewġ impjanti oħra tar-riċiklaġġ, wieħed fl-Għallis u l-ieħor f’Għawdex, f’sit magħruf bħala Tal-Lewz, u l-bini ta’ inċineratur biswit il-Power Station ta’ Delimara.
Matul il-laqgħa kien spjegat li l-propostital-istrateġija huma tali li jippermettu li l-iskart ikun immassimizzat bħala rizorsa u hu maħsub li fejn hu possibli, tittieħed enerġija mill-iskart.  Dan iwassal għal sitwazzjoni fejn anke l-volum ta’ skart li jmur fl-engineered landfill jonqos, b’tali mod li l-landfill tkun tista’ tibqa’ tintuza għal numru akbar ta’ snin minn dak li hu stmat sa’ issa. Il-Ministru Pullicino enfasizza li, kif ġara sa’ issa, l-Gvern mhux se jixxaħħaħ fl-investiment meħtieġ biex pajjizna jkollu l-aqwa faċilitajiet bl-aktar teknoloġija nadifa u ppruvata li tezisti.   Il-Gvern wera li kien kapaċi jimmaniġġja l-iskart anke grazzi għal investiment massiċċ li pajjizna qatt ma kien ra bħalu.
Il-Ministru Pullicino spjega li fl-immaniġjartal-iskart pajjiżna avvanza ħafna. Bizzejjed wieħed isemmi li fis-sena 1996 l-ammont li kien jintefaq fuq il-landfills f’Malta kien madwar €280,000 u llum l-ispiża taqbeż  is-€6 miljun.  Hu qal li l-importanti f’dan l-istadju hu li jkun hemm qbil fil-prinċipju mal-ideali tal-istrategija, li jkun hemm inċentiv biex isir aktar riċiklaġġ u jkun hemm tnaqqis fl-iskart li jmur fil-landfill. Il-prinċipju ta’ min iħammeġ iħallas jibqa’ l-pern tal-istrateġija.

Il-Ministru appella biex l-Għaqdiet Ambjentali ikunu minn ta’ quddiem nett li jipparteċipaw f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.  Hu tenna l-impenn tal-Ministeru li jibqa’ f’kuntatt kontinwu mal-Għaqdiet dwar l-aspetti kollha li joħorġu minn din ir-revizjoni.  Id-dokument jista’ jinkiseb minn fuq is-sit eletroniku www.wastestrategy.gov.mt, fejn wieħed għandu l-opportunita’ li jistaqsi u jgħaddi l-kummenti tiegħu.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow