Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-WIRJA TAL-ARKITETTURA MODERNA F’MALTA BL-ISEM “MODERNIST MALTA: THE ARCHITECTURAL LEGACY”  – IL-ĠIMGĦA, 23 TA’ JANNAR 2009.

PR0103
Date Icon 23/01/2009
Huwa l-pjaċir tiegħi li nkun hawn magħkomillejla biex niftħu din l-esibizzjoni artistika tal-arkitettura moderna Maltija.
Din il-wirja ma tixhidx biss l-impenn tal-Kamratal-Periti u ta’ Din l-Art Ħelwa biex inkomplu naprezzaw l-arkitettura ta’ pajjiżna imma wkoll turina l-kapaċitajiet u t-talenti tal-fotografi li x-xogħol tagħhom żewqu din l-esibizzjoni.  Il-wirja tal-lejla tiffoka fuq l-arkitettura moderna f’Malta fis-seklu għoxrin – seklu li fiħ Malta żviluppat b’rata mgħaġġla.
Qabel nibda d-diskors tiegħi nixtieq nistqarr linammira l-professjoni tal-perit.
Jien ġej minn ambjent legali li wieħed jista’jqisu bħala riġidu, formali u strutturat.  Ambjent li jista’ jkun nieqes mill-kreattività tax-xogħol tagħkom.  Jiena nara l-perit bħala bniedem li kapaċi jinseġ it-teknika u x-xjenza tal-bini mal-kreattività tal-artist.  Intom taraw il-viżjoni u l-iżvilupp tal-pajjiż li ħafna drabi aħna l-politiċi nkunu fassalna fi kliem, u tirriflettuha fix-xogħlijiet tagħkom.  Għalhekk naħseb hemm din il-konnessjoni bejnietna l-politiċi u l-periti – konnessjoni li naħseb il-wirja tal-lejla tgħin biex niskopru.
Irridu għalhekk niftakru li l-arkitettura, bħalforom oħra tal-arti, hija riflessjoni tas-soċjetà fil-kuntest soċjali, kulturali, ekonomiku u politiku ta’ dak iż-żmien. L-arkitettura qatt m’hi statika imma tiġġedded skond il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ kull soċjetà.
L-arkitettura ta’ pajjiżna hija wkoll l-istorjata’ pajjiżna.  Fil-fatt l-aktar żewġ perijodi glorjużi fl-istorja arkitettonika Maltija twieldu fiż-żminijiet tant importanti fl-istorja ta’ pajjiżna.   L-era pre-istorika welldet il-ġmiel tat-tempji megalitiċi filwaqt li l-perijodu tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann ta l-bidu ta’ l-arkitettura barokka f’pajjiżna. Dan ma jfissirx li wieħed m’għandux jagħti l-ebda valur u apprezzament għall-perijodi oħra tal-arkitettura bħal dik tas-seklu dsatax fi żmien il-gvern kolonjali Ingliż u saħansitra l-arkitettura moderna f’Malta tas-seklu għoxrin, speċjalment wara t-Tieni Gwerra Dinija.
Hija ħasra li s’issa l-arkitettura modernaf’Malta ma tantx kellha apprezzament.
Nemmen li biex napprezzaw il-bini ta’ dakiż-żmien irridu naraw l-istorja soċio-ekonomika ta’ pajjiżna f’dawk iż-żminijiet biex nifhmu l-ħsieb wara dik il-forma ta’ espressjoni partikulari.  Il-valuri wara x-xogħlijiet arkitettoniċi kienu msejsa fuq viżjoni soċjali, it-titjieb tal-ambjent kif ukoll il-kwalità tal-ħajja kemm fid-dar kif ukoll fil-post tax-xogħol.
Ir-rivoluzzjoni tal-arkitettura moderna kellhal-akbar impatt fis-sittinijet fil-bini ta’ diversi skejjel u kulleġġi tal-istat - binjiet b’lingwaġġ arkitettoniku modern li jagħtu enfażi fuq spazji u klassijiet b’dawl u ventilazzjoni naturali u spazji miftuħa fejn it-tfal setgħu jilagħbu u jistrieħu bejn il-lezzjonijiet.  Dan kien ukoll iż-żmien meta bdiet tiżviluppa l-industrija tat-turiżmu b’rata mgħaġġla.
Inqis li l-ġrajja tal-Indipendenza ta’ pajjiżnakienet katalist ewlieni fil-kuxjenza arkitettonika ta’ dan il-perijodu.
Din il-ġrajja politika wasslet għal numru ta’riflessjonijiet dwar l-identità tagħna bħala Maltin kif ukoll dwar id-direzzjoni li kellna nieħdu bħala pajjiż indipendenti.  Dan kollu ħalla l-marka tiegħu fuq l-arkitettura ta’ dawk iż-żminijiet.

Mhux dan biss. 

Ta’ min jiftakar li f’dawn iż-żminijiet numru ta’ personalitajiet bħal kittieba Nicholas Monsarrat u artisti bħal Victor Pasmore ġew f’pajjiżna. Dawn l-artisti barranin stimulaw ix-xena artistika u kulturali ġewwa pajjiżna u numru ta’ artisti Maltin bdew jistabbilixxu wrieħhom f’numru ta’ oqsma.  Din is-sinerġija bejn l-influss artistiku estern u t-talent lokali tat spinta qawwija lill-ħajja artistika ġewwa pajjiżna.  Insibu esperimentazzjoni mhux biss fil-qasam tal-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol iżda anki fid-disinn tar-residenzi – bħal per eżempju d-dar ta’ l-artist Emvin Cremona u r-residenza ta’ Victor Pasmore.  Dawn kollha għandhom valur imprezzabbli u jifformaw parti mill-wirt tal-arkitettura lokali. 

Sinjuri  

L-arkitettura dejjem kellha viżjoni li ttejjebl-ambjent ta’ madwarna u l-mod ta’ kif ngħixu.  Din il-viżjoni rridu nkomplu nħadnuha bħala pajjiż hekk kif qegħdin fit-triq li nsiru ċentru reġjonali ta’ eċċellenza msejjes fuq il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli.  Dan irid isir filwaqt li nħarsu u nirriġeneraw il-wirt storiku ta’ pajjiżna.  Irid tabilħaqq jesprimi l-identità Maltija f’dinja globalizzata.
Sar ħafna progress.  Nistgħu nħarsu lejnir-riġenerazzjoni tal-Valletta Waterfront li żewweġ il-wirt barokk mal-modern u mhux biss ta ħajja ġdida lil din il-parti tal-Belt imma qiegħed jagħti kontribut importanti lill-ekonomija.
Dan huwa biss il-bidu ta’ proċess li l-Gvernimmexxi minni irid jara fir-riġenerazzjoni tal-Belt.  Hemm bżonn ta’ ideat ġodda u ħsieb kreattiv sabiex insibu mezzi kif nerġgħu nagħtu l-ħajja lil dawn il-postijet storiċi. Il-bliet kollha, anke dawk storiċi, iridu jiġġeddu maż-żmien sabiex jirriflettu l-bżonnijiet tal-lum u l-viżjoni għall-futur.
Il-proġett ta’ Bieb il-Belt u s-sit tat-TeatruRjal huwa punt ewlieni f’din il-viżjoni tal-Gvern.  Il-Gvern għażel lill-perit Renzo Piano biex bl-intervent tiegħu l-Belt Valletta tkompli tkun fuq quddiem fix-xena tal-arkitettura internazzjonali.

Sinjuri 

Din l-esibizzjoni tagħtina l-opportunità biexnapprezzaw l-arkitettura moderna f’pajjiżna kif ukoll il-valuri li esprimiet.
Qegħdin issa f’fażi oħra tal-iżvilupp ta’pajjiżna – fażi fejn l-iżvilupp irid isir b’mod sostenibbli u b’rispett qawwi għall-wirt ta’ pajjiżna.  L-isfidi huma ħafna kif ukoll l-opportunitajiet.  Nawgura li l-periti Maltin ikunu protagonisti f’dan il-perijodu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow