AKTAR ENERĠIJA NADIFA MILL-ISKART – KONSULTAZJONI PUBBLIKA DWAR L-EWWEL REVIZJONI TAL-ISTRATEĠIJA TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART F’PAJJIŻNA
PR0097
23/01/2009
| Fl-impjant għar-riċiklaġġ ta’ | Sant’Antnin f’Wied il-Għajn, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet, Rurali George Pullicino, dalgħodu nieda għal perijodu ta’ tmin ġimgħat, konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel revizjoni tal-Istrateġija tal-Immaniġġjar tal-Iskart f’pajjiżna tal-2001, li poġġiet is-sisien għal din ir-reviżjoni. |
| Il-Ministru Pullicino spjega li | fl-immaniġjar tal-iskart pajjiżna avvanza ħafna. Inbnew faċilitajiet bħal engineered landfills, inċineratur (jew aħjar Thermal Treatment Facility), u l-impjant għar-riċiklaġġ li għamel possibbli skemi bħall-Bring-In Sites u l-iskema ‘Irriċikla t-Tlieta’. Inbnew ukoll 4 ċentri apposta li jilqgħu l-iskart goff f’Malta, filwaqt li jinsabu fi stadju avvanzat ix-xogħlijiet sabiex jinfetaħ ukoll Civic Amenity Site f’ Għawdex. Huwa tenna li minkejja dan, għad baqa’ ħafna xi jsir u l-Gvern qed jimpenja ruħu li jkompli jinvesti u jaħdem f’settur tant importanti. |
| Il-Ministru Pullicino qal li | llum nistgħu nitkellmu fuq kif se nkomplu ndawwru l-iskart f’riżorsa, u kif se nkomplu niżguraw li ma nagħmlu ebda ħsara lill-ambjent fl-immaniġġjar tal-iskart. Hu żied jgħid li fis-sena 1996 l-ammont li kien jintefaq fuq il-landfills f’Malta kien madwar (€280,000) u llum l-ispiża taqbeż is-6 miljun ewro. |
| Filwaqt li l-akbar problema | fl-2001 kienet dwar x’se jsir bl-iskart, illum nitkellmu fuq kif se nkomplu niġġeneraw enerġija nadifa mill-iskart. Mill-impjant ta’ Sant’Antnin biss din is-sena ser inkunu qegħdin nipproduċu ammont ta’ enerġija daqs kemm jintuża minn 1,400 familja. Dan id-dokument ma jipproponiex xi bidliet drastiċi imma jagħżel li jkompli jibni fuq dak li twettaq sa’ issa. L-emfasi hija fuq l-enerġija ġġenerata mill-iskart |
| F’Malta għad irridu naslu fi | stat fejn l-iskart kollu li nipproduċu jrid jiġi sseparat u trattat b’xi mod jew ieħor, billi jigi rriċiklat, tinħoloq l-energija minnu jew inkella jsir il-kompost minnu. Fl-engineered landfills, imbagħad, jidħol biss dak l-ammont zgħir ta’ residwi li jibqa’ wara t-trattament meħtieg ta’ dan l-iskart. Din hi mira ambizzjuza hafna u hija maghrufa bhala Zero Waste. |
Il-Ministru qal li l-Gvern, għalkemm għandu viżjoni ċara u bi proposti konkreti, ma jridx li jimxi waħdu. Irridu proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u li jinkludi lil kulħadd bil-għan li fil-mument tal-implimentazzjoni jkollna l-wens ta’ kunsens nazzjonali. Id-dokument jista’ jinkiseb minn fuq is-sit eletroniku www.wastestrategy.gov.mt, fejn wieħed se jkollu wkoll l-opportunita’ li jistaqsi u jgħaddi l-kummenti tiegħu.
| Il-Ministru Pullicino enfasizza | li l-importanti f’dan l-istadju hu li jkun hemm qbil fil-prinċipju mal-ideali tal-istrategija, li jkun hemm inċentiv biex isir aktar riċiklaġġ u jkun hemm tnaqqis fl-iskart li jmur fil-landfill. Il-prinċipju ta’ min iħammeġ iħallas jibqa’ l-pern tal-istrateġija. Il-prinċipju li fuqu hija mibnija wkoll din l-istrateġija hu li l-poplu jibqa’ ma jħallasx biex jiddisponi mill-iskart. |
| Il-Ministru Pullicino | rringrazzja lill-Kumitat tekniku li fassal id-dokument, lill-WasteServ li wasslet lill-pajjiżna sa’ hawn, kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi li pparteċipa f’din il-bidla. |
| Il-Ministru Pullicino temm jgħid | li “Ta’ warajna jixirqilhom futur aħjar minn dak li sibna aħna. Għada ma rridux li jkun hemm Magħtab li jħammar wiċċ uliedna imma faċilitajiet li fuqhom huma jkunu jistgħu jkomplu jibnu futur aħjar għalihom.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984