ĊELEBRAZZJONI TA’ FIDI MILL-KULLEĠĠ SAN BENEDITTU
PR0096
23/01/2009
| Madwar 4000 tifel u tifla minn skejjel li | jiffurmaw il-Kulleġġ San Benedittu ħadu sehem f’Ċelebrazzjoni tal-Fidi f’din is-sena li l-Knisja Kattolika iddedikat għal San Pawl, li għandu rabta partikolari ma’ pajjiżna. |
| L-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Ministru | tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina kienu preżenti għal din il-manifestazzjoni. |
| F’messaġġ li għaddiet lit-tfal il-Ministru | tal-Edukazzjoni fakkret fil-miġja ta’ San Pawl fostna li b’mod mirakoluż spiċċa f’Malta fis-sena 60 wara Kristu u minn dakinhar sal-lum, missirijietna baqgħu jgħożżu l-fidi nisranija li minnha tnisslu l-valuri li jiddistingwuna. |
| Il-Ministru qalet li l-lum, kważi elfejn sena | wara l-miġja ta’ San Pawl, inħossu l-bżonn li nsaħħu dawn il-valuri li sfortunatament f’dawn l-aħħar snin bdejna nitilfu minnhom. Għalhekk, ċelebrazzjoni bħal din għandha sservi biex filwaqt li nirrealizzaw il-valur kbir tal-fidi li ġibilna San Pawl, tistimulana biex nissaħħu fil-fidi u nkunu ta’ eżempju għal dawk ta’ madwarna. |
| Il-lum hawn jgħixu f’pajjiżna nies minn diversi | pajjiżi oħra u nies bi twemmin differenti minn tagħna. Irridu naċċettaw ukoll li jeżisti twemmin differenti minn tagħna li wkoll irridu nirrispettawh. |
| Il-fidi stess tridna li nkunu tolleranti u | naċċettaw li ħaddieħor jista’ jkollu twemmin differenti minn tagħna. Dan għandu jnissel fina l-bżonn li nissaħħu fil-fidi tagħna biex ma nitkaxkrux minn kurrenti oħra li d-dinja tal-lum qed twasslilna f’pajjiżna u fi djarna. |
| Il-Ministru temmet tgħid li l-preżenza | tal-Arċisqof għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ fidi għandha sinjifikat speċjali għax qed turina li l-Kap tal-Knisja f’Malta hu interessat u impenjat li jara li anke fost it-tfal u fl-iskejjel tagħna nkomplu nisħqu fuq l-importanza tal-fidi. |
| L-Arċisqof Pawlu Cremona fil-messaġġ tiegħu | filwaqt li rringrazzja lill-Prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu, Marilyn Sciortino, għall-inizjattiva li ħadet biex kienet organizzata din il-manifestazzjoni, tkellem dwar is-sinjifikat tal-miġja ta’ San Pawl fostna u l-bżonn li lkoll kemm aħna inħarsu lejn kulma hawn madwarna bin-nuċċali tal-fidi. |
| L-Arċisqof Cremona kkonċelebra quddiesa flimkien | mal-kappillani tal-parroċċi fejn hemm l-iskejjel li huma parti mill-Kulleġġ San Benedittu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984