Left arrow Go Back

ĊELEBRAZZJONI TA’ FIDI MILL-KULLEĠĠ SAN BENEDITTU

PR0096
Date Icon 23/01/2009
Madwar 4000 tifel u tifla minn skejjel lijiffurmaw il-Kulleġġ San Benedittu ħadu sehem f’Ċelebrazzjoni tal-Fidi f’din is-sena li l-Knisja Kattolika iddedikat għal San Pawl, li għandu rabta partikolari ma’ pajjiżna.
L-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Ministrutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina kienu preżenti għal din il-manifestazzjoni.
F’messaġġ li għaddiet lit-tfal il-Ministrutal-Edukazzjoni fakkret fil-miġja ta’ San Pawl fostna li b’mod mirakoluż spiċċa f’Malta fis-sena 60 wara Kristu u minn dakinhar sal-lum, missirijietna baqgħu jgħożżu l-fidi nisranija li minnha tnisslu l-valuri li jiddistingwuna.
Il-Ministru qalet li l-lum, kważi elfejn senawara l-miġja ta’ San Pawl, inħossu l-bżonn li nsaħħu dawn il-valuri li sfortunatament f’dawn l-aħħar snin bdejna nitilfu minnhom. Għalhekk, ċelebrazzjoni bħal din għandha sservi biex filwaqt li nirrealizzaw il-valur kbir tal-fidi li ġibilna San Pawl, tistimulana biex nissaħħu fil-fidi u nkunu ta’ eżempju għal dawk ta’ madwarna.
Il-lum hawn jgħixu f’pajjiżna nies minn diversipajjiżi oħra u nies bi twemmin differenti minn tagħna. Irridu naċċettaw ukoll li jeżisti twemmin differenti minn tagħna li wkoll irridu nirrispettawh.
Il-fidi stess tridna li nkunu tolleranti unaċċettaw li ħaddieħor jista’ jkollu twemmin differenti minn tagħna.  Dan għandu jnissel fina l-bżonn li nissaħħu fil-fidi tagħna biex ma nitkaxkrux minn kurrenti oħra li d-dinja tal-lum qed twasslilna f’pajjiżna u fi djarna.
Il-Ministru temmet tgħid li l-preżenzatal-Arċisqof għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ fidi għandha sinjifikat speċjali għax qed turina li l-Kap tal-Knisja f’Malta hu interessat u impenjat li jara li anke fost it-tfal u fl-iskejjel tagħna nkomplu nisħqu fuq l-importanza tal-fidi.
L-Arċisqof Pawlu Cremona fil-messaġġ tiegħufilwaqt li rringrazzja lill-Prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu, Marilyn Sciortino, għall-inizjattiva li ħadet biex kienet organizzata din il-manifestazzjoni, tkellem dwar is-sinjifikat tal-miġja ta’ San Pawl fostna u l-bżonn li lkoll kemm aħna inħarsu lejn kulma hawn madwarna bin-nuċċali tal-fidi.
L-Arċisqof Cremona kkonċelebra quddiesa flimkienmal-kappillani tal-parroċċi fejn hemm l-iskejjel li huma parti mill-Kulleġġ San Benedittu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow