ŻEWĠ MINISTRI JŻURU SKEJJEL FIL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX
PR0095
23/01/2009
| L-iskola | sekondarja ġdida tas-subien li qed tinbena f’Għawdex b’investiment ta’ €7 miljun mifruxa fuq tliet snin, se tkun qed toffri spazju ta’ 12,000 metru kwadru li se jkun użat speċifikament għat-tagħlim. Barra minn dan se jkun hemm spazju ieħor riżervat għal parkeġġ u sular dedikat għal faċilitajiet edukattivi oħra, fosthom librerija, li jżidu dan l-ispazju għal total ta’ 18,000 metru kwadru. Waqt żjara li għamlu fuq is-sit, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, flimkien mal-Ministru għall-Għawdex Giovanna Debono, ingħataw dawn id-dettalji u aktar informazzjoni rigward l-istadju li fih waslu x-xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. |
| Iż-żewġ Ministri | kellhom okkażjoni jaraw ix-xogħol li sar s’issa fl-ewwel u t-tieni fażi tal-bini, li jinkludi wkoll numru ta’ klassijiet li diġà bdew jintużaw. Huma ltaqgħu wkoll ma’ wħud mill-istudenti u l-għalliema tagħhom flimkien mal-Kap ta’ l-iskola. L-ewwel ġebla ta’ din l-iskola sekondarja ġdida kienet ġiet imqiegħda mill-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi nhar it-3 ta Frar 2008, u x-xogħlijiet qed jiġu mqassma f’diversi fażijiet b’tali mod li l-istruttura l-ġdida tissostitwixxi lil dik qadima bl-inqas effett possibbli fuq l-andament tal-lezzjonijiet. |
| Il-żjara f’din l-iskola | ġabet fi tmiema attività aktar wiesgħa fejn iż-żewġ Ministri Cristina u Debono żaru numru ta’ skejjel primarji li jiffurmaw parti mill-Kulleġġ ta’ Għawdex. Il-Ministri żaru l-iskejjel primarji ta’ Għajnsielem, Nadur, Xagħra, Victoria u Sannat u kienu akkumpanjati minn Chev. Frank Gatt, prinċipal ta’ dan il-Kulleġġ. Saru laqgħat mal-kapijiet tal-iskejjel kif ukoll mal-istudenti, l-għalliema u staff ieħor f’dawn l-iskejjel. Din l-attivita’ kienet ukoll okkażjoni biex jiġu evalwati xogħlijiet ta’ manutenzjoni u upgrading li saru f’dawn l-iskejjel matul l-aħħar snin b’koordinazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex. Matul is-sena 2008, il-Ministeru għal Għawdex għamel nefqa ta’ madwar €350,000 fi spejjeż għall-manutenzjoni fi skejjel fil-Kulleġġ ta’ Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984