REGOLAMENTI ĠODDA BIEX KULL OPERATUR TA’ GATEWAY INTERNAZZJONALI JIŻGURA KONNETTIVITÀ INTERNAZZJONALI MINGĦAJR INTERRUZZJONI
PR0094
23/01/2009
| Il-Gvern bi qbil mal-Awtorita ta’ Malta dwar | il-Komunikazzjoni u wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati approva regolamenti ġodda li jobbligaw lil kull operatur ta’ gateway internazzjonali li jiżgura livell adegwat ta’ konnettività internazzjonali mhux interrotta f’kull ħin. |
| F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, Austin Gatt, irrefera għaż-żewġ inċidenti li seħħew f’Awissu u f’Diċembru li għadda fejn għal ħinijiet kien hemm qtugħ fil-konnettività internazzjonali. Hu spjega l-bżonn li kull operatur ma jibqax jiddependi fuq cable internazzjonali wieħed u fl-istess waqt jiġi assigurat li jkun hemm l-arranġamenti neċessarji bejn l-operaturi f’eventwalità ta’ inċidenti kif seħħew is-sena li għaddiet. |
| Il-Ministru Austin Gatt fakkar fil-viżjoni | tal-Gvern f’dan is-settur, li ssarfet f’politika li għenet biex operaturi privati jinvestu u issa qed joperaw tliet cables waqt li aktar tard din is-sena se jibda jitħaddem ir-raba’ wieħed biex b’hekk ikollna minn tal-anqas erba’ cables internazzjonali. Il-Ministru Austin Gatt semma kif dan hu konformi mal-pjan ta’ l-Istrateġija Nazzjonali ta’ l-ICT għas-snin 2008-2010. |
| Il-Ministru Gatt semma kif id-dipendenza | tal-ekonomija ta’ Malta fuq servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi hi vitali. Hawn semma l-importanza li għandha l- konnettività internazzjonali kontinwa għall-attività ekonomika u bħala eżempju semma kif l-industrija tal-i-gaming tikkonsma 50% tal-internet bandwith. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni semma kif il-Gvern għaddej f’diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea biex tapprova li l-Gvern Malti jkun jista’ jagħti inċentivi fiskali lill-operaturi għal aktar investiment f’dan il-qasam biex tissaħħaħ aktar il-konnettività internazzjonali ta’ Malta. |
| Fi tmiem l-indirizz, il-Ministru Austin Gatt | ħeġġeġ lill-operaturi u lill-investituri biex ikun hemm aktar tnaqqis fl-ispiża tal-bandwith internazzjonali għalkemm irrimarka li l-kompetizzjoni f’dan is-settur qed tħalli l-impatt pożittiv kif mistenni. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984