Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-ISKAMBJU TA’ AWGURI GĦAS-SENA L-ĠDIDA MAL-KORP KONSULARI - BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA – IL-ĠIMGĦA, 23 TA’ JANNAR 2009

PR0093
Date Icon 23/01/2009

Għeżież Membri tal-Korp Konsulari,

Merħba għal din il-laqgħa ta’ kull sena sabiexnawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena ġdida kif ukoll nirriflettu ftit dwar il-prospetti quddiemna.  Inwassal lilkom u l-familji tagħkom it-tislijiet personali tiegħi kif ukoll dawk tal-Gvern immexxi minni.
Nixtieq nibda billi nirringrazzjakom tax-xogħolkollu li wettaqtu matul is-sena li għaddiet.  Il-Gvern immexxi minni japprezza x-xogħol importanti li twettqu bejn il-pajjiżi rispettivi tagħkom u Malta.
Sena ġdida m’ hiex biss opportunità biex tieqafu tirrifletti fuq is-suċċessi u l-isfidi tas-sena li għaddiet imma hija opportunità biex tippjana kif ħa tegħleb l-isfidi u taħtaf l-opportunitajiet li sena ġdida ġġib magħha.
Bħalissa d-dinja qiegħda tiffaċċja waħdamill-akbar sfidi ekonomiċi ta’ dawn l-aħħar snin.  Numru ta’ pajjiżi żviluppati, fosthom iż-żona ewro, qegħdin f’xifer jew diġà qegħdin f’riċessjoni.  Għalkemm Malta ma ġietx milquta direttament, is-sħab qiegħed ma xtutna wkoll.  Ir-riformi li għamilna fis-snin li għaddew u l-investiment li sar fis-sistema finanzjarja Maltija, qegħdin iħallu l-frott għax jidher li s-sistema tagħna tiflaħ għal dan il-mewġ.  Id-dħul ta’ Malta fiż-żona ewro hi fattur ieħor importanti li qed jgħinna ntaffu l-impatt ta’ din il-kriżi.  Imma Malta tista’ tintlaqat b’mod indirett minn din il-kriżi hekk kif id-dinja qiegħda tnaqqas mir-rata tat-tkabbir ekonomiku tagħha.
Minkejja dan kollu, l-ekonomija Maltijakkonfermat li hija b’saħħitha u kapaċi tilqa’ għal dan il-mewġ.  Fil-fatt, l-aħħar statistika ekonomika turi li l-ekonomija qiegħda tikber b’rata tajba u akbar mill-bqija tal-Ewropa u taż-żona ewro.
Xorta waħda rrid nistieden lil kulħadd għalprudenza, serjetà u maturità kif dejjem urejna fis-snin li għaddew.  Is-sitwazzjoni mondjali hi delikata, u għalhekk, hemm bżonn ta’ gvernar responsabbli u għaqli aktar minn qatt qabel.
Però, m’għandniex naqtgħu qalbna quddiem dawnl-isfidi.  L-istorja tal-poplu Malti turi li l-Maltin u anke l-ekonomija Maltija huma flessibbli.  L-importanti hu, li kull sfida narawha bħala opportunità biex inkomplu nirriformaw u ntejbu l-prestazzjoni tagħna.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni internazzjonali,il-Gvern immexxi minni fassal pjan ekonomiku u strateġiku ta’ kif nemmnu li huwa l-aħjar mod ta’ kif ngħelbu dawn l-isfidi quddiemna.  Nistgħu ngħidu li dan il-pjan huwa msejjes fuq żewġ binarji, li fimkien huma maħsuba biex ikomplu jkabbru l-potenzjal tal-ekonomija Maltija biex tkompli tikber fis-snin li ġejjin.  L-ewwel, ħadna miżuri konkreti biex fl-immedjat inħallu aktar flus fl-ekonomija.  It-tieni prinċipju li fuqu hi msejsa l-istrateġija għal pajjiżna, u li naħseb hija l-aktar importanti f’dan iż-żmien, hu l-impenn tal-Gvern lejn l-investiment u t-tisħiħ tal-ħolqien tal-impjiegi fil-futur.
Permezz tal-miżuri tal-Gvern flimkienmal-fiduċja tas-settur privat fl-ekonomija Maltija, nemmnu li din l-isfida quddiemna tabilħaqq tippreżenta numru ta’ opportunitajiet biex inkomplu nirnexxu fil-futur.  Il-Viżjoni 2015 ukoll tirrappreżenta waħda minn dawn l-opportunitajiet.  L-importanza ta’ din l-istrateġija f’dan il-kuntest hi li kapaċi tagħmel l-ekonomija aktar flessibbli u aktar b’saħħitha biex tilqa’ għall-isfidi bħal dawn.  Minkejja dawn it-turbulenzi ekonomiċi, id-dinja globalizzata li ċċekken id-distanzi u fejn il-kompetittività hi essenzjali, il-Viżjoni 2015 toffri potenzjal kbir għal Malta.
Il-viżjoni tistedinna niffukaw fuq seba’ oqsmaspeċjali li ġew identifikati bħala l-aktar li joffru potenzjal għas-suċċess ta’ pajjiżna.  Dawn is-setturi huma msejsa fuq l-attrazzjoni ta’ Malta għall-investiment barrani.  Din is-sena komplejna nibnu u ninvestu fuq din l-attrazzjoni u fost l-inizjattivi nixtieq insemmi l-ftehim ta’ ħelsien mit-tassazzjoni doppja li ffinalizzajna mal-Amerika f’Marzu, u dak li kkonkludejna mal-Libja dan l-aħħar.
L-investiment barrani f’pajjiżna qiegħed dejjemjiżdied u Malta rnexxielha tippromwovi lilha nnifisha b’suċċess bħala post minn fejn il-kummerċ isir b’mod effiċjenti u effettiv.  Dan is-suċċess mhuwiex biss ir-riżultat tal-ħidma tal-Gvern imma nemmen li l-Korpi Konsulari għandhom rwol importanti f’dan is-suċċess.  Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzjakom tal-ħidma tagħkom f’dan ir-rigward.
Is-suċċess ekonomiku ma jinkisibx f’iżolamentiżda f’kuntest politiku u soċjali.  Il-klima politika jeħtieġ li tkun stabbli, ħielsa mill-konflitt u waħda li tiffaċilita d-diviżjoni tal-ġid b’mod ekwu.
Matul l-2008, il-ħidma diplomatika kemm fuqlivell bilaterali u multilaterali kienet intensiva.  Fost is-suċċessi li ksibna nsemmi d-dħul ta’ Malta fiż-żona Schengen kif ukoll id-dħul fil-‘United States Waiver Programme.’  Però l-ħidma tagħna kienet mifruxa u wiesa’.
Il-kooperazzjoni favur il-paċi u s-sigurtàfil-Mediterran huwa qasam ieħor fejn Malta għandha storja fejn ħeġġet u mexxiet azzjoni kollettiva.  It-tnedija tal-Unjoni tal-Mediterran mill-Presidenza Franċiża s-sena l-oħra hija pass importanti fil-proċess ta’ kooperazzjoni Mediterranja.  Malta hija mimlija ħeġġa dwar dan il-proċess u n-nomina ta’ Malta bħala waħda mill-ħames Deputati Segretarji Ġenerali għandha tgħin biex dan il-għan jintlaħaq.
Il-ħidma diplomatika ffukat ukoll fuqil-fenomenu tal-immigrazzjoni illegali.  Aħna tlabna lil sħabna Ewropej biex jirrikonoxxu dan il-fatt u jieħdu azzjoni f’ dan ir-rigward.  Fil-Patt ta’ Migrazzjoni tal-Unjoni Ewropea li ġie ffirmat f’Ottubru li għadda, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ftehmu li jagħtu konsiderazzjoni ikbar lid-diffikultajiet ta’ dawk l-Istati Membri li huma milquta mill-influssi sproporzjonati ta’ immigranti.  Aħna qed naħdmu u se nkomplu naħdmu mal-Kummissjoni Ewropea sabiex il-prinċipju ta’ burden sharing jiġi implimentat b’mod prattiku u effettiv fil-futur qarib.
Hekk kif Malta se tagħlaq ħames snin bħalamembru fl-Unjoni Ewropea, qed tkompli għaddejja bil-programm ta’ żvilupp nazzjonali.  F’dawn is-snin ibbenefikajna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u jien ċert li fis-snin li ġejjien ħa jkomplu jkunu ta’ xprun importanti fil-mixja tagħna lejn żvilupp sostenibbli.  Il-ħarsien tal-ambjent huwa qasam li l-Gvern immexxi minni qed jinvesti sostanzjalment u nemmen li dan il-qasam ukoll jiftaħ numru ta’ opportunitajiet bejn Malta u l-pajjiżi li intom tirrappreżentaw.  Minbarra l-aspett ekonomiku, għandna nkomplu niffukaw fuq l-ispirazzjoni politika  tal-Unjoni – l-għan huwa li l-poplu Ewropew fi proċess kooperattiv jaħdem għall-paċi, prosperità u rispett reċiproku.  Dan hu dak li għandu jkompli jiggwidana hekk kif niffaċċjaw l-isfidi ta’ matul iż-żmien speċjalment fit-tkabbir u t-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea.

Għeżież Membri tal-Korp Konsulari 

L-isfidi quddiemna huma ħafna hekk kif humal-opportunitajiet.  Ninsab fiduċjuż li l-poplu Malti se jegħleb l-isfidi lid-dinja kollha qed tiffaċċja.  Aħna nsibu s-saħħa meħtieġa mis-sens profond ta’ solidarjetà nazzjonali tagħna, mir-rabtiet sodi tagħna mal-valuri li tawna l-identità Maltija u mill-impenn tagħna lejn ix-xogħol.  Nistedinkom biex tkomplu tkunu protagonisti fil-ħidma tagħkom u tkomplu ssaħħu r-relazzjonijiet bilaterali.
Biex nagħlaq, nerġa’ nestendi l-awguri u l-isbaħxewqat tiegħi għas-sena li ġejja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow