DISKORS TAL-ONOR. TONIO BORG, VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, LILL-KONSLI ONORARJI FL-OKKAŻJONI TAL-ISKAMBJU TAX-XEWQAT TAL-EWWEL TAS-SENA – PALAZZO PARISIO – VALLETTA – IL-ĠIMGĦA, 23 TA’ JANNAR 2009
PR0092
23/01/2009
Konslu Onorarji,
| Nilqagħkom għal dan l-appuntament annwali sabiex | nawguraw lil xulxin is-sena t-tajba u fl-istess waqt nirriflettu flimkien fuq il-prospetti għas-sena l-ġdida. |
| Bħal ma | tafu, f’Marzu tas-sena li għadha kemm intemmet, il-poplu Malti kien mitlub jivvota fl-ewwel elezzjoni ġenerali minn meta, fis-sena 2004, isseħibna fl-Unjoni Ewropea. Kienet elezzjoni li seħħet ftit ġimgħat biss wara li dħalna fiż-żona Ewro u fiż-żona Schengen. |
| Illum, | sena wara l-adozzjoni tal-munita Ewro, ninsabu f`pożizzjoni aħjar sabiex nixtarru l-impatt li din id-deċiżjoni kellha fuq is-sostenn u l-iżvilupp tal-ekonomija Maltija. Bla dubju, l-Ewro għinna nilqgħu għall-kriżi globali finanzjarja li ħakmet is-swieq internazzjonali għaliex serva ta` lqugħ għall-isfidi li ġabet magħha din il-kriżi. Mhux biss, imma l-Ewro saħħaħ ukoll il-prospetti għal aktar investiment barrani. Għaldaqstant, l-Ewro ġabet stabilita’ finanzjarja fiż-żona tal-Istati Membri tal-Ewro u ffaċilitat l-ivvjaġġar taċ-ċittadini lejn pajjiżi Ewropej membri fi hdana. |
| Minn naħa | l-oħra, iż-żona Schengen fetħet beraħ il-fruntieri marittimi bejn il-27 Stat Membru. Barra minn hekk, Malta irnexxilha tikkonkludi ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika sabiex tiġi introdotta il-US Visa Waiver Programme. Dan il-ftehim kien possibbli wara investiment li Malta għamlet sabiex jiġu ntrodotti l-passaporti biometriċi. Dan għandu jwassal sabiex jiffaċilita l-ivvjaggjar ta` dawk il-Maltin li jkunu jixtiequ jżuru l-Istati Uniti, kemm għal skopijiet ta` turiżmu kif ukoll fuq negozju. |
| L-ambjent | internazzjonali qiegħed kull ma jmur jagħtina sfidi ġodda, li naturalment qed iwassal sabiex l-irwol ta` Konslu Onorarju jgħaddi ukoll minn bidla fid-doveri tiegħu. Huwa essenzjali għall-Konsli Onorarji li jżommu lilhom infushom aġġornati dwar l-opportunitajiet li jeżistu fin-negozju u fl-investiment. Il-Konslu Onorarju għandu jsegwi wkoll mill-qrib ix-xena politika, ekonomika, soċjali u kulturali tal-ġurisdizzjoni tiegħu, sabiex jagħti pariri lill-Gvern li hu jirrappreżenta fuq kif jistgħu jissaħħu r-relazzjonijiet. |
| Il-Konslu | Onorarju jrid iservi wkoll bħala katina bejn l-Ambaxxata u ċ-ċittadini tal-pajjiż li tiegħu hu rappreżentant. Huwa mistenni jgħin liċ-ċittadini tiegħu billi jagħti assistenza konsolari, kemm jekk hi assistenza legali, immigrazzjoni u għajnuna medika, kif ukoll għajnuniet oħra hekk kif meħtieġa. Intom ilkoll konxji tal-problema li Malta qiegħda taffaċċja minħabba l-influss ta’ immigranti irregolari. Dwar din tal-aħħar, il-Ministeru tiegħi qiegħed jaħdem bla waqfien permezz ta’ diversi opportunitajiet bħall-FRONTEX u l-proġett “DAR” sabiex nindirizzaw bl-aħjar mod din il-problema Meditterranja. Jekk nieħdu l-proġett “DAR”, dan huwa proġett li l-għan prinċipali tiegħu huwa li jipprovdi assistenza lill-immigrant sabiex dan jirritorna lura f`pajjiżu u permezz tal-għajnuna finanzjarja li jingħata minn dan il-proġett, ikun jista’ jibda ħajja ġdida f’pajjiżu stess. Ir-riżultat huwa wieħed pożittiv u nkoraġġanti, iżda għad fadal x`isir. Intom, bħala rappreżentanti tal-pajjiżi tagħkom għandkom rwol ukoll li tistgħu taqdu fid-dawl ta` din il-problema. Il-Konslu Onorarju huwa per eżempju strumentali fil-proċess tal-ħruġ ta’ dokument tal-ivvjaġġar, hekk kif meħtieġ miċ-ċittadin tiegħu sabiex jkun jista’ jirritorna lura lejn pajjiżu. |
| Fi sforz | sabiex nibqgħu fost l-aqwa u l-aħjar fl-Ewropa, poġġejna sfida ewlenija għal Malta: il-viżjoni 2015. Din il-viżjoni għandha tagħmel lil Malta ċentru ta` eċċellenza f`numru ta` oqsma, fosthom il-qasam edukattiv, il-qasam turistiku, l-informatika u l-komunikazzjoni u s-servizz tas-saħħa. F`dan ir-rigward, nikkunsidra l-opinjoni tagħkom ta` kif nistgħu tabilħaqq nilħqu dawn il-miri bħala waħda ta` importanza partikolari għaliex tagħti din il-viżjoni dimensjoni konsolari. |
| Tul din | is-sena li ilni nokkupa l-kariga ta` Ministru għall-Affarijiet Barranin, analizzajt bir-reqqa l-mod ta` kif nistgħu nsaħħu x-xibka konsolari ta’ Malta, kif ukoll ir-rappreżentanza barranija f’Malta. Għal dan il-għan, il-Ministeru tiegħi qed jorganizza konferenza għar-Rappreżentazzjonijiet Konsulari għal Malta bejn il-11 u it-13 ta` Marzu. Il-preżenza tagħkom għall-ewwel jumejn ta` din il-konferenza tkun ta` sapport sabiex verament nsaħħu l-relazzjonijiet bejn il-Konsli f`Malta u dawk għal Malta barra minn xtutna. Barra minn hekk, ser inkunu qed inlaqqgħu dawk in-negozjanti Maltin mar-Rappreżentazzjonijiet Konsulari għal Malta li jkunu urew interess fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi. |
| Fuq | it-tisħiħ tax-xibka konsolari, matul l-2008, Malta appuntat mhux inqas minn sittax-il konslu ġdid u seba’ Konsli Onorarji Ġenerali ġodda f’diversi pajjiżi. Ir-rappreżentanza ta’ Konsli Onorarji f’Malta kibret ukoll permezz ta’ erba’ Konsli Onorarji ġodda w il-ħatra ta’ Konslu Ġenerali ġdid. Nixtieq nifraħ minn hawn lill-Konsli l-ġodda u nawguralhom l-ħidma t-tajba. |
| Fid-dawl | ta` dan kollu, inħares ’il quddiem sabiex flimkien inkomplu nagħrfu aktar opportunitajiet li jsaħħu r-relazzjoni ta’ bejnietna. |
Grazzi
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984