Left arrow Mur Lura

GĦOTJA LIL DAWK IL-KUNSILLI LOKALI LI MILL-LOKALITA’ TAGĦHOM INĠABRU L-AKBAR AMMONTI TA SKART ISSEPARAT

PR0090
Date Icon 22/01/2009
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-AffarijietRurali George Pullicino ppreżenta għotja lil dawk il-kunsilli lokali li mill-lokalita’ tagħhom inġabru l-akbar ammonti ta skart isseparat mis-sors li minnu jkun ġej. Mill-lokalitajiet kollha ta madwar Malta nġabru 3,546,200kg ta skart riċiklat. L-akbar ammonti ġew reġistrati f’Ħ’Attard, f’Ħal Kirkop u l-Imġarr Malta.  Il-Ministru Pullicino qassam €15000 lil-lokalita’ ta’ Ħ’Attard, €10,000 lill-lokalita’ ta’ Ħal Kirkop u €5,000 lill-lokalita’ tal-Imġarr. Dawn il-flus li ngħataw apparti li huma forma ta’ ringrazzjament lejn il-lokalita’ għall-impenn muri mill-kunsill lokali u mir-residenti, huma flus li l-WasteServ ġabret mill-bejgħ ta l-iskart irriċiklat, sostna l-Ministru Pullicino. L-istess eżerċizzju qed jinħadem għal-Għawdex u fil-ġranet li ġejjin ser jingħata premju għall-aktar lokalita’ li fiha nġabar skart riċiklat.
Il-Ministru Pullicino fakkar li fl-immaniġjar taiskart saru avvanzi kbar, biss qatt ma nistgħu ngħidu li sar biżżejjed. L-attivita’ saret fiż-Żejtun f’sit fejn hemm bring in site taħt l-art. Minnhom f’Malta insibu tnejn, dik taż-Żejtun u oħra f’San Ġiljan. Il-WastServ xtrat 10 settijiet minn dawn biex ikunu jistghu jiġu nstallati f’postijiet sensittivi hekk kif ikun mitlub mill-kunsilli lokali. Il-Ministru Pullicino ħeġġeġ l-kunsilli sabiex jagħmlu aktar użu mill-bring in-site li l-WasteServ għandha u li lesta tiprovdi biex jiżdied il-ġbir tal-iskart separat.
Il-Ministru Pullicino filwaqt li rringrazzjalil kullħadd b’mod partikolari u lil WasteServ li għaddejja b’xoghol intensiv fuq is-separazzjoni tal-iskart, fakkar li l-iskema Irriċikla t-Tlieta bdiet fl-ewwel ta’ Mejju tas-sena 2008 u r-residenti ġew inċentivati jisseparaw l-iskart permezz tal-boroż il-griżi li tqassmu b’xejn permezz tal-kunsilli lokali.Mill-iskema Irriċikla t-Tlieta fl-2008 f’Malta u Għawdex inġabar total ta’ 4,250,000kg jew aħjar 4,250 tunnellata.
Dan juri l-importanza li nkomplu nisseparawl-iskart. Mill-bring in sites biss fl-2008 inġabru 4,106,870kg ta skart f’karti, plastic, metall u ħġieġ. Dan iwassal sabiex mill-bring in sites biss jinġabru 46% ta skart separat aktar mis-sena 2007.
Apparti hekk, fl-impjantgħar-riċiklaġġ f’Sant’Antnin jidhol ikoll skart bhal kartun, karti u plastik direttament mill-industija, u fl-2008 minn dan daħal 1558 tunnellata. Għalhekk, fl-2008 b’kollox inġabru 9922 tunnellata ta’ skart riċiklabbli, li huwa aktar minn tlett darbiet aktar mis-sena ta’ qabel.
Biss ma dawnmiċ-ċentri għall-iskart goff (Civic Amenity Sites) minn Jannar sa Diċembru 2008 daħlu ‘l fuq minn 90,000 vettura li ġarrew bejnietom 14,641 tunnellata ta’ skart goff. Dan ifisser li fejn jidħlu l-vetturi mill-2007 kien hemm żieda ta’ 230% u żieda ta 177% fit-tunellaġġ ta skart miġbur minn dawn iċ-ċentri.
Il-Ministru Pullicino temm jgħid li ‘pajjiżnabl-iżvilluppi kollha li seħħew tul dawn l-aħħar snin fejn jidħol l-immaniġjar tal-iskart qed jisfrutta l-iskart, u dak li aħna lkoll narmu sar għalina stess riżorsa ta’ enerġija alternattiva għax minnu se nibdew niproduċu l-enerġija.’
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow