Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u l-Informazzjoni, Chris Said, iniedu skema ta’ inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali
PR0089
22/01/2009
| ‘Il-Kunsilli Lokali għandhom rwol importanti | x’jaqdu fil-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja attiva fost il-poplu tagħna’. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, li flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u l-Informazzjoni, Chris Said, nedew skema ta’ inizjattivi sportivi għall-Kunsilli Lokali. |
| Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari | Chris Said, qal li l-Gvern irid jasal għall-kuncett ta’ lokalitajiet sostenibbli, li ma jfissrux biss il-bini u l-ambjent, izda wkoll in-nies. Il-parteċipazzjoni fl-isport tassigura kwalita’ ta’ ħajja aħjar u għalhekk l-isport ikun qed iservi biex naslu għas-sostenibilita’. |
| L-iskema “Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli | Lokali”, hi intenzjonata biex tgħin Kunsilli Lokali jissieħbu mal-Kunsill Malti għall-Isport biex jorganizzaw diversi attivitajiet sportivi għall-membri tal-komunità tagħhom. B’din l-iskema, l-Kunsilli Lokali li jagħżlu li jissieħbu mal-Kunsill Malti għall-Isport, se jkollhom nofs l-ispejjeż imħallsa mill-Gvern. |
| L-Onor. Clyde Puli semma kif din l-iskema, li | qed issir b’investiment ta’ €60,000, hi waħda minn sensiela ta’ skemi li s-Segretarjat immexxi minnu se jkun qed iwettaq matul din is-sena. Dan qed isir bl-iskop li tkompli titnissel kultura ta’ attività fiżika fil-poplu Malti u Għawdxi. Huwa semma li l-programmi mħejjija mill-Kunsill Malti għall-Isport u offruti lill-Kunsilli Lokali taħt din l-iskema, se jkunu qed ikopru l-etajiet kollha, minn tfal sa anzjani. |
| L-Onor. Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali | jridu jitilqu mir-rwoli li bdew bihom u jiddiversifikaw f’setturi oħra bħall-kultura u l-isport. Il-Gvern qed jgħin lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu dan, permezz ta’ skemi ta’ inizjattivi dwar attivitajiet kulturali, uzu effiċjenti tal-enerġija, servizzi ta’ akkomodazzjoni kollettiva u restawr ta’ faċċati. |
| Għal din l-attività kien | mistieden ukoll il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mmexxi mis-Sindku Robert Cutajar. Il-Kunsill tal-Mellieħa din is-sena rebaħ l-unur ta’ l-aktar kunsill lokali li jaħdem favur l-isport. |
| Min-naħa tiegħu is-Sindku | Robert Cutajar spjega proġett sportiv li beħsiebu jagħmel il-Kunsill Lokali li se jkun jikkonsisti f’park għall-familja b’faċilitajiet sportivi nklużi. |
| Hu tkellem ukoll dwar l-inawgurazzjoni | ta’ ground b’turf u dawl artifiċjali ġdid f’din il-lokalità, proġett iffinanzjat mill-gvern ċentrali kif ukoll mill-Kunsill Lokali. Minn dan il-proġett mhux se jkunu qed igawdu biss l-isportivi, iżda wkoll madwar 500 tifel u tifla li jattendu l-iskola primarja tal-Mellieħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984