Left arrow Mur Lura

ŻJARA F’MALTA MILL-PERIT RENZO PIANO

PR0088
Date Icon 22/01/2009
Il-Perit Renzo Piano, li kienikkummissjonat mill-Gvern għad-disinn tal-proġett tal-bini ta’ Bieb il-Belt u s-sit tat-Teatru Rjal, nhar il-Ħadd li ġej se jkun Malta għal żjara qasira.
Iż-żjara f’Malta tal-Perit RenzoPiano hi żjara ta’ studju fit-tħejjija tal-kunċett u t-tfassil ta’ disinji għal dan il-proġett.
Tul din iż-żjara, il-Perit RenzoPiano, li se jkun akkumpanjat mill-Periti Bernard Plattner u Antonio Belvedere mill-istudju professjonali tiegħu, se jiltaqa’ mal-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni Austin Gatt u ma’ uffiċjali tal-Gvern involuti fit-twettiq ta’ dan il-proġett.
Hu ppjanat ukoll li l-PeritRenzo Piano tul din iż-żjara jiltaqa’ mal-media lokali f’ħin u f’post li jkun ikkomunikat aktar tard.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow