TURIŻMU SOSTENIBBLI BĦALA GĦAŻLA TA’ INVESTIMENT GĦAQLI
PR0084
21/01/2009
| Operaturi fis-settur turistiku Għawdxi | ngħataw l-opportunità li jsiru jafu aktar dwar l-implimentazzjoni ta’ prattiċi ambjentali aktar responsabbli li finalment jirrendu wkoll aktar qliegħ għall-investiment tagħhom f’dan il-qasam. Dan sar permezz ta’ konferenza mtellgħa mit-taqsima Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien mal-Federazzjoni ta’ l-Operaturi Turistiċi (FTO). |
| Kelliema minn din il-Federazzjoni taw | preżentazzjonijiet b’informazzjoni u tagħrif dwar dawn il-prattiċi kif ukoll dwar mezzi użati fis-sistema tar-reklamar, li tippromwovi stabbilimenti turistiċi sostenibbli, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll minn dawk ambjentali, soċjali u kulturali. Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, indirizzat din il-konferenza, u qalet li s-suġġetti trattati għandhom relevanza qawwija partikolarment għal stabbilimenti f’Għawdex, speċjalment fir-rigward tal-viżjoni eko-Għawdex. Is-suċċess ta’ din il-viżjoni huwa bbażat primarjament fuq żvilupp sostenibbli li jara li jissodisfa l-ħtiġijiet attwali tas-soċjetà mingħajr ma’ jikkomprometti l-kwalità tal-ħajja ta’ ġenerazzjonijiet futuri. Żvilupp sostenibbli huwa ta’ benefiċċju għall-prodott turistiku u allura huwa meħtieġ li l-industrija turistika tikkontribwixxi biex jintlaħaq dan il-għan. |
| Il-Ministru Debono spjegat kif l-industrija | turistika hija pilastru ewlieni għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku fil-gżira ta’ Għawdex u hu għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex jikkollabora kontinwament ma’ dawk involuti f’dan is-settur. Fix-xenarju tal-kriżi ekonomika internazzjonali u r-riperkussjonijiet li mistennija tħalli fl-oqsma ekonomiċi u soċjali, huwa importanti li dawk direttament konċernati jagħrfu l-importanza u l-ħtieġa li jsaħħu l-prodott turistiku Għawdxi biex dan ikun aktar sostenibbli u kompetittiv fis-swieq turistiċi. L-Onor. Giovanna Debono ħeġġet lill-operaturi Għawdxin biex jipparteċipaw fl-Iskema għal Proġetti Turistiċi li ġiet imħabbra dan l-aħħar, fejn ġew allokatti €10 miljun minn Fondi Strutturali Ewropej. Il-Ministru fakkret kif 14 minn 54 proġett eliġibbli għal finanzjament fl-iSkema ta’ Għajnuna għal Stabbilimenti Turistiċi 2004-2006, kienu operaturi ta’ stabbilimenti Għawdxin. |
| L-Onor. Mario Demarco, Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu fi ħdan l-uffiċċju tal-Prim Ministru fetaħ din il-konferenza li kienet immexxija mis-Sur Peter Portelli, Segretarju Permanenti fl-istess Segretarjat Parlamentari. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984