IFFIRMAT IL-FTEHIM KOLLETTIV BEJN L-UNIONS U L-UNIVERSITA’
PR0081
21/01/2009
| L-Onor Dolores Cristina, | Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, dalgħodu ppresediet l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv tal-Akkademiċi tal-Universita’ f’ċerimonja li saret fil-Kampus tal-Universita’. |
| F’indirizz qasir, il-President | tal-Kunsill tal-Universita, Prof. David Attard qal li kien ferħan li l-partijiet interessati setgħu jkomplu mexjin ‘l quddiem wara n-negozjati kumplessi li saru matul ix-xhur li għaddew u li wasslu għal ftehim li jilħaq l-aspirazzjonijiet tal-partijiet kollha konċernati. |
| Ir-Rettur tal-Universita’, Prof | Juanito Camilleri awgura li l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv jiftaħ it-triq għall-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex l-Universita’ tirnexxi f’kull livell. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni | Dolores Cristina irringrazzjat lil dawk kollha li taw sehem biex intlaħaq dan il-ftehim. Hi qalet li wara negozjati li ħadu fit-tul, il-ftehim se jwitti t-triq biex l-Universita’ tagħna b’400 sena ta’ storja glorjuża, tkun tista’ toffri opportunitajiet ġodda u aħjar, kemm lill-istaff akkademiku kif ukoll lill-istudenti tagħha. |
| Il-Ministru rringrazzjat | lir-Rettur, il-Prof Juanito Camilleri, li mexxa n-negozjati f’isem l-Universita’, lill-unions, lill-uffiċjali mill-Minsteru tal-Edukazzjoni u mill-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll lid-Direttur għar-Relazzjonijiet Industrjali, li kollha taw kontribut għal rizultat pozittiv. Il-Ministru Cristina wriet ukoll l-apprezzament tagħha għal mod responsabbli u matur li mexa bih il-Kunsill Rappreżentattiv tal-Istudenti waqt dawn in-negozjati. |
| Il-President tal-Kunsill u r-Rettur | tal-Universita’, Prof David Attard u Prof Juanito Camilleri iffirmaw għan-nom tal-Universita’, is-sur John Bencini, President u s-Sur Franklin Barbara, Segretarju, ffirmaw għall-Malta Union of Teachers (MUT), filwaqt li Dr. Ing. Victor Buttigieg u Dr. Ing. Michael Saliba iffirmaw għall-‘University of Malta Academic Staff Association’ (UMASA). |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984