Left arrow Go Back

IFFIRMAT IL-FTEHIM KOLLETTIV BEJN L-UNIONS U L-UNIVERSITA’

PR0081
Date Icon 21/01/2009
L-Onor Dolores Cristina,Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, dalgħodu ppresediet l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv tal-Akkademiċi tal-Universita’ f’ċerimonja li saret fil-Kampus tal-Universita’.
F’indirizz qasir, il-Presidenttal-Kunsill tal-Universita, Prof. David Attard qal li kien ferħan li l-partijiet interessati setgħu jkomplu mexjin ‘l quddiem wara n-negozjati kumplessi li saru matul ix-xhur li għaddew u li wasslu għal ftehim li jilħaq l-aspirazzjonijiet tal-partijiet kollha konċernati.
Ir-Rettur tal-Universita’, ProfJuanito Camilleri awgura li l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv jiftaħ it-triq għall-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex l-Universita’ tirnexxi f’kull livell.
Il-Ministru tal-EdukazzjoniDolores Cristina irringrazzjat lil dawk kollha li taw sehem biex intlaħaq dan il-ftehim.  Hi qalet li wara negozjati li ħadu fit-tul, il-ftehim se jwitti t-triq biex l-Universita’ tagħna b’400 sena ta’ storja glorjuża, tkun tista’ toffri opportunitajiet ġodda u aħjar, kemm lill-istaff akkademiku kif ukoll lill-istudenti tagħha.
Il-Ministru rringrazzjatlir-Rettur, il-Prof Juanito Camilleri, li mexxa n-negozjati f’isem l-Universita’, lill-unions, lill-uffiċjali mill-Minsteru tal-Edukazzjoni u mill-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll lid-Direttur għar-Relazzjonijiet Industrjali, li kollha taw kontribut għal rizultat pozittiv.  Il-Ministru Cristina wriet ukoll l-apprezzament tagħha għal mod responsabbli u matur li mexa bih il-Kunsill Rappreżentattiv tal-Istudenti waqt dawn in-negozjati.
Il-President tal-Kunsill u r-Retturtal-Universita’, Prof David Attard u Prof Juanito Camilleri iffirmaw għan-nom tal-Universita’, is-sur John Bencini, President u s-Sur Franklin Barbara, Segretarju, ffirmaw għall-Malta Union of Teachers (MUT), filwaqt li Dr. Ing. Victor Buttigieg u Dr. Ing. Michael Saliba iffirmaw għall-‘University of Malta Academic Staff Association’ (UMASA).
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow