Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru għall-Politika Soċjali

PR0076
Date Icon 20/01/2009
l-iskema ta’ l-Awtorita’ tad-Djar‘Right to Buy’
Hekk kif bħalissa fil-Parlamentgħaddej dibattitu sħiħ dwar kif jista’ jinbidel il-reġim tal-kera f’pajjiżna, bil-Gvern ipoġġi għad-dibattitu Parlamentari Abbozz ta’ Liġi għal din ir-riforma, jeħtieġ li l-politika tiegħu tkun konsistenti.
Għalhekk fil-jiem li għaddew,il-Ministeru għall-Politika Soċjali ta parir lill-Awtorita’ tad-Djar biex fid-dawl tal-liġijiet li se jiddaħħlu fis-seħħ, tibda proċess biex tirrevedi l-iskemi kollha tagħha. Fost dawn l-iskemi li qed jiġu riveduti hemm l-iskema magħrufa bħala ‘Right to Buy’, skema li tagħti d-dritt lill-inkwilin li qed jikri mill-istock tal-Gvern, jixtri l-proprjeta’.
L-iskemi kollha ta’ l-Awtorita’tad-Djar qed jiġu riveduti u taħt skrutinju biex meta jerġgħu jiddaħlu fis-seħħ ikunu verament skemi li jirriflettu l-ħtiġijiet soċjali preżenti, f’qafas ta’ akkomodazzjoni soċjali sostenibbli.
Il-Ministeru jitlob għall-maturita’ anke minnnaħa ta’ l-Oppożizzjoni u jħeġġeġ biex is-sens komun jirbaħ fuq kull kapital politiku, f’deċiżjonijiet meħtieġa bħal dawn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow