Left arrow Mur Lura

SERVIZZI INTER-OPERABBLI MILL-GVERN IPOĠĠU LIL MALTA F’VANTAĠĠ FL-UE

PR0075
Date Icon 20/01/2009
Il-politika u l-istrateġija tal-Gvern kif ukollis-sistemi teknoloġiċi li nbnew ipoġġu lil Malta f’vantaġġ meta titqabbel ma’ pajjiżi oħra ta’ l-UE minħabba s-sistemi ta’ networks, li kemm fuq livell ta’ Gvern Ċentrali u dak Lokali, jippermettu inter-operabilita’ fl-operat tad-Dipartimenti kollha tal-Gvern u fis-servizzi ta’ l-e-government.
Danintqal mill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzzjoni, l-Onor.  Austin Gatt li kien qiegħed jindirizza konferenza organizzata mill-Microsoft bit-tema ‘Interoperability – Opening Up Opportunities in a Time of Change and a World of Choice’.
Il-Ministru Austin Gatt semma kif f’danir-rigward, Malta għandha waħda mill-aktar sistemi flessibbli fl-UE, wara li l-Gvern ilu snin li għaraf l-importanza tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-għoti ta’ servizzi tiegħu. Hu żied li dan jikkuntrasta bi sħiħ ma’ sitwazzjonijiet oħra f’xi pajjiżi Ewropej, fejn l-anqas biss Ministeri bejniethom m’huma f’pożizzjoni li jaħdmu fuq dan il-livell, kif diġa jopera u jħaddem is-servizzi tiegħu l-Gvern Malti.
Il-Ministru Austin Gatt irrefera għal diversieżempji fosthom kif l-inter-operabilita’ qed titħaddem fis-servizzi lokali tas-saħħa fejn permezz ta’ l-ICT, il-professjonisti jiksbu aċċess għal x-ray tri-dimensjonali u eventwalment dan jgħin biex iwassal għal servizzi lill-klijenti li wara kollox ikunu qegħdin jistennew li jingħataw.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni tenna li llum kulħadd jirrealizza li kemm fuq livell politiku, kif ukoll ekonomiku, hu meħtieġ li jkollna servizzi aċċessibbli u li jkunu inter-operabbli. “Din għandha tkun id-direzzjoni ‘l quddiem, u l-Gvern diġa’ qed jibni s-sistemi tiegħu skond dawn l-istandards u dan hu rifless ukoll fit-tenders li jinħarġu,” temm jgħid il-Ministru Gatt
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow