Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli jiltaqa’ mat-team nazzjonali tan-nisa tal-iSquash u membri tal-Malta Squash Racket Association
PR0073
20/01/2009
| Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u | Sport, Clyde Puli iltaqa’ mat-team Nazzjonali tan-nisa tal-iSquash u l-membri tal-Malta Squash Racket Association, wara r-rebħ tad-disa’ midalja tad-deheb. Huma pparteċipaw fl-14-il edizzjoni tal-logħob tal-isquash tal-pajjiżi ż-żgħar Ewropej li saru f’Monaco, lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. Huwa ferħilhom personalment tar-riżultati miksuba u ħa l-opportunità jitkellem magħhom dwar l-esperjenza li kisbu. |
| Malta ilha sa mill-1991 tipparteċipa f’dan | il-logħob u s’issa rnexxielha tirbaħ disà midalji tad-deheb, tnejn tal-fidda u waħda tal-bronż. Ċipru, il-Lussemburgu, Liechteinstein, l-Iżlanda, u Monaco huma fost il-parteċipanti f’dan il-logħob. Fil-klassifika tal-midalji mirbuħa wara l-aħħar edizzjoni, Malta tinsab fl-ewwel post, segwita minn Ċipru, li għandhom total ta’ erbà midalji tad-deheb u tlieta tal-fidda. |
| It-team | ta’ Malta kien immexxi minn Liz Said li hija wkoll il-President tal-Malta Squash Racket Association u l-veterani Annabelle Olivieri Munro, Therese Brousson u Johanna Rizzo. Dawn irnexxielhom jgħelbu l-isfida ta’ l-organizzaturi ta’ Monaco, il-Lussemburgu u l-Liechteinstein. Id-delegazzjoni Maltija inkludiet wkoll liż-żagħżugħa ta’ 13-il sena Colette Sultana. Għalkemm Colette ma pparteċipatx fil-kompetizzjoni mal-kumplament tat-team, hija pparteċipat fl-individual plates fejn ukoll irnexxielha tirbaħ din il-kategorija. |
| Is-Segretarju Parlamentari stqarr li dawn | ir-riżultati jixhdu l-avvanz li għamel pajjiżna f’dan l-isport. Huwa tenna li għalkemm dan l-isport mhux ser ikun qed jifforma parti mil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li ser isiru aktar tard din is-sena f’Ċipru, huwa awgura li fil-15-il edizzjoni tal-logħob tal-isquash tal-pajjiżi ż-żgħar Ewropej li ser issir f’Malta din is-sena, it-team jerġa’ jikseb riżultat pożittiv. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984