Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli  jiltaqa’ mat-team nazzjonali tan-nisa tal-iSquash u membri tal-Malta Squash Racket Association

PR0073
Date Icon 20/01/2009
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ uSport, Clyde Puli iltaqa’ mat-team Nazzjonali tan-nisa tal-iSquash u l-membri tal-Malta Squash Racket Association, wara r-rebħ tad-disa’ midalja tad-deheb. Huma pparteċipaw  fl-14-il edizzjoni tal-logħob tal-isquash tal-pajjiżi ż-żgħar Ewropej li saru f’Monaco, lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. Huwa ferħilhom personalment tar-riżultati miksuba u ħa l-opportunità jitkellem magħhom dwar l-esperjenza li kisbu.
Malta ilha sa mill-1991 tipparteċipa f’danil-logħob u s’issa rnexxielha tirbaħ disà midalji tad-deheb, tnejn tal-fidda u waħda tal-bronż. Ċipru, il-Lussemburgu, Liechteinstein, l-Iżlanda, u Monaco huma fost il-parteċipanti f’dan il-logħob. Fil-klassifika tal-midalji mirbuħa wara l-aħħar edizzjoni, Malta tinsab fl-ewwel post, segwita minn Ċipru, li għandhom total ta’ erbà midalji tad-deheb u tlieta tal-fidda.
It-teamta’ Malta kien immexxi minn Liz Said li hija wkoll il-President tal-Malta Squash Racket Association u l-veterani Annabelle Olivieri Munro, Therese Brousson u Johanna Rizzo. Dawn irnexxielhom jgħelbu l-isfida ta’ l-organizzaturi ta’ Monaco, il-Lussemburgu u l-Liechteinstein. Id-delegazzjoni Maltija inkludiet wkoll liż-żagħżugħa ta’ 13-il sena Colette Sultana. Għalkemm Colette ma pparteċipatx fil-kompetizzjoni mal-kumplament tat-team, hija pparteċipat fl-individual plates fejn ukoll irnexxielha tirbaħ din il-kategorija.
Is-Segretarju Parlamentari stqarr li dawnir-riżultati jixhdu l-avvanz li għamel pajjiżna f’dan l-isport. Huwa tenna li għalkemm dan l-isport mhux ser ikun qed jifforma parti mil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li ser isiru aktar tard din is-sena f’Ċipru, huwa awgura li fil-15-il edizzjoni  tal-logħob tal-isquash tal-pajjiżi ż-żgħar Ewropej li ser issir f’Malta din is-sena, it-team jerġa’ jikseb riżultat pożittiv.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow