Festival “Arti, Fidi, Kultura” f’Marsalforn fl-okkazjoni tas-sena Pawlina
PR0071
19/01/2009
| Il-Kunsilli Lokali Għawdxin | taz-Żebbug u x-Xagħra nedew il-festival “Arti Fidi Kultura” li se jsir fl-okkazjoni tas-Sena Pawlina fil-lokalita’ ta’ Marsalforn, Għawdex. L-attivitajiet se jkunu mifruxa fuq tlett ijiem bejn it-23 u l-25 ta’ Jannar u se jittella’ bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex u l-Knisja Filjali ta’ Marsalforn. |
| Dan il-festival se jkun mifrux bejn it-23 u l-25 | ta’ Jannar u matulhu se jsiru numru ta’ attivitajiet fejn il-kultura, l-arti u l-fidi, se jkunu ċ-ċentru tal-programm. |
| Fost l-attivitajiet ta’ dan il-programm se jsir | tour kulturali, kunċerti vokali, prezentazzjoni dwar l-istorja ta’ Marsalforn, purċissjoni, ċelebrazzjonijiet solenni u kunċerti strumentali mill-Banda Santa Marija taż-Żebbug u l-banda Victory tax-Xagħra. |
| Is-Sindku tal-lokalita’ taż-Żebbuġ, Carmelo | Saliba u s-Sindku tax-Xagħra, Joe Cordina spjegaw id-dettalji tal-programm fil-waqt li qalu li din hi l-ewwel darba li l-festa ta’ San Pawl f’Marsalforn se tigi ċelebrata fuq din l-iskala. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said faħħar l-inizjattiva taż-żewg Kunsilli Lokali u emfasizza l-importanza li l-Kunsilli Lokali jaħdmu flimkien u ma’ organizzazzjonijiet oħra sabiex itellgħu attivitajiet ta’ kwalita’. |
| Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali taż-Żebbug u | tax-Xagħra qed jieħdu vantaġġ mill-iskema imnedija mill-Gvern sabiex jgħin lill-Kunsilli Lokali jorganizzaw attivitajiet kulturali. Huwa qal li b’kollox kien hemm 34 applikazzjoni minn 28 Kunsill Lokali sabiex jorganizzaw attivitajiet kulturali. Dawn l-attivitajiet jinkludu dawk stabiliti u li ilhom isiru numru ta’ snin u oħrajn innovattivi, bħal Festival ta’ Logħob Tradizzjonali, Notte Barocca, u Sagra tal-Ħxejjex u Frott. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984