STRATEĠIJA GĦALL-EDUKAZZJONI OGĦLA F’PAJJIŻNA
PR0067
19/01/2009
| Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni | Ogħla se taghmel diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni, ma’ dawk kollha interessati, biex titfassal Strateġija għall-Edukazzjoni Għolja tal-pajjiż li għandha tkun preżentata lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, sa April li ġej. |
| Dan | ħabbritu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina f’konferenza stampa li fiha ħabbret il-Kummissjoni l-Ġdida dwar l-Edukazzjoni Ogħla li għandha bħala President lis-Sur Philip Von Brockdorf. Il-membri l-oħra tal-Kummissjoni huma: il-Kirurgu Alex Manche’ - Viċi President, u Prof. Josef Bonnici, Dr. Jennifer Casingena Harper, Dr. Grace Grima, Dr. Anna Mifsud Bonnici u Prof. John Portelli, bħala membri. |
| Il-Ministru Cristina rringrazzjat | lill-Kummissjoni preċedenti mmexxija minn Joseph F.X. Zahra li għamlet ħafna xogħol siewi. |
| Fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja, l-Kummissjoni | trid tfassal strateġija li timmira lejn fejn irridu nieħdu l-pajjiż f’dan is-settur u nassiguraw li dan il-qasam jiżviluppa b’mod sostenibbli. Dan hu qasam li jiġbor fih l-Universita’, l-MCAST, il-Junior College, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-Iskejjel Sekondarji Għolja u anke istituzzjonijiet edukattivi privati li joffri korsijiet f’dan il-livell. Dan hu settur li jrid ikun regolat u inċentivat jekk irridu nilħqu l-mira li sa l-2015, Malta ssir centru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-Edukazzjoni. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni saħqet li hemm bżonn | ta’ leġislazzjoni ġdida li tħares lejn l-iżviluppi kollha li seħħew f’dan is-settur u tiġbor l-istituzzjonijiet kollha taħt qafas leġislattiv komprensiv. |
| Il-Ministru rreferiet ghal kif kibret | l-Universita’, li minn madwar 700 student għoxrin sena ilu, illum għandha aktar minn 10,000 student. F’din l-istituzzjoni, anke permezz tal-Ftehim Kollettiv li dwaru kien hemm qbil ftit tal-jiem ilu, se ssir riforma sħiħa li tippermetti li jkollna universita’ li filwaqt li żżomm it-tradizzjoni kbira tagħha, tibda taħdem fuq linji ġodda li tieħu ħsieb ukoll l-aspettattivi tal-istudenti tagħna li qed jikbru wkoll. Universita’ li toffri aktar possibbilta’ ta’ riċerka kemm fuq bażi individwali, kif ukoll fuq bażi istituzzjonali. |
| Irridu li jkollna campus reali u mimli | ħajja u attivitajiet mnejn joħorġu ideat ġodda u innovattivi anke billi l-lecturers tagħna jkomplu jkabbru l-kwalifiki tagħhom. Kwalifiki li jżidulhom il-prospetti għall-karriera u naslu biex fi żmien stipulat, il-lecturers kollha jkollhom kwalifiċi li jiggarantixxu l-aqwa tagħlim possibbli lill-istudenti tagħna. |
| Il-ftehim kollettiv ipoġġi l-bażi biex ikollna | universita’ li toffri ħinijiet itwal ta’ tagħlim, aktar kuntatt bejn l-akkademiċi u l-istudenti, aktar kontabilita’ u awditjar tal-livell tat-tagħlim u motivazzjoni biex l-istudenti jkunu aktar innovattivi. Għal darb’oħra, il-Gvern ta xhieda tal-impenn tiegħu lejn edukazzjoni ta’ l-ogħla livell u qed ikompli jinvesti bil-kbir f’dan is-settur. |
| Il-Ministru Cristina rreferiet għall-Ftehim | Kollettiv li għadu kif kien negozjat bejn l-Universita’ min-naħa u l-UMASA u l-MUT fuq in-naħa l-oħra; u stqarret li dan intlaħaq wara negozjati twal u diffiċli. Irringrazzjat lil dawk kollha li għenu biex inkiseb dan il-ftehim fosthom l-Unions, il-Ministeru tal-Finanzi, id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrjali u uffiċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, li taw sehemhom. Hi faħħret ukoll il-mod matur li bih mexa l-Kunsill Studenti Universitarji f’din il-kwistjoni. |
| Il-Kumissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla trid | tħares ukoll lejn l-MCAST li wkoll kiber ħafna fi żmien qasir u l-lum għandu madwar 5,000 student u qed joffri anke opportunitajiet lil nies li kienu telqu l-edukazzjoni biex jerggħu jirritornaw għall-istudju filwaqt li fetaħ toroq ġodda għal żgħażagħ, li kieku kienu jitilqu l-edukazzjoni wara l-eta’ obbligatorja. |
| L-Istitut għall-Istudji Turistiċi | hu qasam ieħor li rridu nkomplu nsaħħu. It-turiżmu hu settur importanti tal-ekonomija tagħna u l-ITS irid jibqa’ jaġġorna lilu nnifsu biex jibqa’ rilevanti anke għat-tibdil li qed ikun hemm fl-industrija turistika. |
| Il-Junior | College u s-6th Forms ukoll jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ din il-Kummissjoni. Dawn l-istituzzjonijiet huma l-għatba tal-edukazzjoni avvanzata u rridu nieħdu ħsiebhom ukoll jekk irridu li sa l-2015, almenu 85% taż-żgħażagħ tagħna jibqgħu jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja. |
| Irridu li l-qasam tal-edukazzjoni jibqa’ | kompetittiv anke fuq bażi internazzjonali biex nattiraw aktar sudenti barranin biex jiġu jistudjaw fostna filwaqt li nilħqu l-ambizzjonijiet u l-aspirazzjonijiet tal-istudenti, billi noffru edukazzjoni ta’ kwalita’. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni sostniet ukoll | l-importanza tal-Lifelong Learning fejn hu meħtieġ li jkun hemm Direttorat ġdid billi issa qed inħarsu wkoll lejn Edukazzjoni Informali u Mhux Formali. Hemm bżonn ukoll li wara li l-pajjiż qed jagħmel dan l-investiment kollu fil-qasam edukattiv, jieħu lura minn dan l-investiment dak li għandu bżonn il-pajjiż għall-ekonomija u l-qasam soċjali u kulturali tiegħu. |
| Il-Ministru Cristina qalet li l-istrateġija | għall-Edukazzjoni Ogħla, barra qafas leġislattiv ġdid trid taħseb ukoll għal bilanċ bejn it-tagħlim u r-riċerka, modi differenti ta’ finanzjament, kif inħajjru aktar studenti barranin jiġu jistudjaw f’Malta, aktar trasparenza u kontabilita’, assessjar aħjar u ħtiġijiet oħra.. |
| Dawn | huma deċiżjonijiet importanti li jridu jittieħdu wara konsultazzjoni ma’ kull min hu nteressat għaliex id-deċiżjonijiet li jittieħdu l-lum fil-qasam edukattiv, jagħtu riżultati numru ta’ snin oħra. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni stiednet lil dawk | kollha interessati biex jersqu ‘l quddiem u jidħlu f’dibattitu dwar il-qasam tal-Edukazzjoni Għolja għax hu permezz ta’ hekk li nistgħu nifformulaw l-aħjar strateġija u l-aħjar politika għall-qasam edukattiv. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984