Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JĦALLI MALTA FUQ ŻJARA UFFIĊJALI FIL-ĠERMANJA

PR0066
Date Icon 19/01/2009
Illum il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħallaMalta fuq żjara uffiċjali fil-Ġermanja, fejn se jiltaqa’ mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.
Il-Prim Ministru se jiltaqa’ wkollmal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja Frank Walter Steinmeier għal taħditiet dwar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
Fost laqgħat oħra l-Prim Ministru se jiltaqa’ukoll mal-Prim Ministru ta’ Hamburg, Ole von Beust u mal-Prim Ministru ta’ Baden-Wurttemberg, Gunther H. Oettinger.
Il-Prim Ministru se jindirizza konferenzaf’Europaisches Haus’ bit-tema ‘Malta fl-Unjoni Ewropea – Ħames snin wara – Riflessjonijiet u Ambizzjonijiet’.
Fiż-żjara tiegħu fil-Ġermanja l-Prim Ministruse jżur il-Lufthansa Technik.
Id-delegazzjoni Maltija tinkludi lill-ViċiPrim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Tonio Borg, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġermanja Dr John Paul Grech, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru Edgar Galea Curmi u l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Gordon Pisani.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nharil-Ħamis filgħaxija.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow