Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli jinawgura festival ta’ Futsal bejn il-kulleġġi
PR0063
19/01/2009
| “Il-Gvern huwa | kommess biex jippromwovi l-isport u l-attivitá fiżika bħala stil ta’ ħajja fost it-tfal tagħna.” Hekk qal is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sports, l-Onor. Clyde Puli meta flimkien ma’ l-avukat Joe Mifsud, President tal-Malta Football Association, nieda festival ta’ Futsal li kien miftuħ għall-istudenti kollha tas-sitt sena tal-iskejjel primarji u dawk tal-Form 2 tal-iskejjel sekondarji. |
| Skolasport u | l-iSport Promotion Unit fi ħdan il-Kunsill Malti għall-iSport, organizzaw dan il-festival bħala parti mill-porġett pilota: Schools on the Move, progett li qed jintroduċi diversi attivitajiet sportivi fl-iskejjel. |
| Taħt il-kappa ta’ | Schools on the Move, diġa’ ġew organizzati festivals ta’ Tag Rugby, Handball, Baseball, Volleyball, Netball, Basketball kif ukoll Cross Country. Dawn il-festivals ġew organizzati bil-kollaborazzjoni ta’ l-assoċjazzjonijiet sportivi rispettivi, li jirrappreżentaw l-isport tagħhom f’pajjiżna. |
| Kien hemm ukoll | assoċjazzjoniet li għamlu diskussjonijiet fl-iskejjel, kif ukoll ħajru lill-istudenti jipprattikaw l-isport tagħhom fosthom il-Baseball, Hockey u l-Atletika. Bħalissa qed isiru tħejjijiet sabiex jiġi organizzat festival tal-Cricket. |
| Il-festival | tal-futsal setgha jkun possibbli grazzi għall-ħidma u l-kollaborazzjoni tal-Malta Football Association. L-ewwel fażi ta’ dan il-festival intlagħbet fl-iskejjel rispettivi li ħadu sehem, fejn it-timijiet tal-klassijiet lagħbu bejniethom sabiex jintgħażel it-team rebbieħ li jirrappreżenta l-iskola fit-tieni fażi tal-festival. |
| It-tieni fażi ser | tibda llum it-Tnejn 19 ta’ Jannar u tispiċċa l-Ħamis 22 ta’ Jannar u qed issir fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali. |
| Matul din il-ġimgħa | membri mill-Malta Football Association u membri tat-team nazzjonali flimkien mal-coach nazzjonali ser ikunu preżenti għal din l-attività. |
| Huwa stmat li madwar | 450 tifel u tifla jew aħjar 300 tifel u tifla minn fost 29 skola primarja u 150 tifel u tifla fost 15-il skola sekondarja ser jipparteċipaw f’dan il-festival. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984