Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli jinawgura festival ta’ Futsal bejn il-kulleġġi

PR0063
Date Icon 19/01/2009
“Il-Gvern huwakommess biex jippromwovi l-isport u l-attivitá fiżika bħala stil ta’ ħajja fost it-tfal tagħna.” Hekk qal is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sports, l-Onor. Clyde Puli meta flimkien ma’ l-avukat Joe Mifsud, President tal-Malta Football Association, nieda festival ta’ Futsal li kien miftuħ għall-istudenti kollha tas-sitt sena tal-iskejjel primarji u dawk tal-Form 2 tal-iskejjel sekondarji.
Skolasport ul-iSport Promotion Unit fi ħdan il-Kunsill Malti għall-iSport, organizzaw dan il-festival bħala parti mill-porġett pilota: Schools on the Move, progett  li qed jintroduċi diversi attivitajiet sportivi fl-iskejjel.
Taħt il-kappa ta’Schools on the Move, diġa’ ġew organizzati festivals ta’ Tag Rugby, Handball, Baseball, Volleyball, Netball, Basketball kif ukoll Cross Country. Dawn il-festivals ġew organizzati bil-kollaborazzjoni ta’ l-assoċjazzjonijiet sportivi rispettivi, li jirrappreżentaw l-isport tagħhom f’pajjiżna.
Kien hemm ukollassoċjazzjoniet li għamlu diskussjonijiet fl-iskejjel, kif ukoll ħajru lill-istudenti jipprattikaw l-isport tagħhom fosthom il-Baseball, Hockey u l-Atletika. Bħalissa qed isiru tħejjijiet  sabiex jiġi organizzat festival tal-Cricket.
Il-festivaltal-futsal setgha jkun possibbli grazzi għall-ħidma u l-kollaborazzjoni tal-Malta Football Association. L-ewwel fażi ta’ dan il-festival intlagħbet fl-iskejjel rispettivi li ħadu sehem, fejn it-timijiet tal-klassijiet lagħbu bejniethom sabiex jintgħażel it-team rebbieħ li jirrappreżenta l-iskola fit-tieni fażi tal-festival.
It-tieni fażi sertibda llum it-Tnejn 19 ta’ Jannar u tispiċċa l-Ħamis 22 ta’ Jannar u qed issir fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.
Matul din il-ġimgħamembri mill-Malta Football Association u membri tat-team nazzjonali flimkien mal-coach nazzjonali ser ikunu preżenti għal din l-attività.
Huwa stmat li madwar450 tifel u tifla jew aħjar 300 tifel u tifla minn fost 29 skola primarja u 150 tifel u tifla fost 15-il skola sekondarja ser jipparteċipaw f’dan il-festival.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow